IL-KALCI MQADDES TA' KRISTU

IL-KALCI MQADDES TA’ L-AHHAR CENA.

L-EWWEL IMPRESSJONI

Il-Kalci Imqaddes li jinsab gewwa Valencia fi Spanja jqajjem ammirazzjoni u dubju fl-istess hin. Il-vizitatur jhoss ruhu maqbud u msahhar bis-sbuhija tal-Kalci, b’dik id-dehra ta’ forma perfetta u eccezzjonali, id-dettalji fid-deheb, il-perli u l-hagar prezzjuz.  Min ihares lejh mohhu jmur lura fiz-zmien tal-leggendi, films u novelli li s-suggett taghhom hu l-Kalci Imqaddes,imma wkoll jinhakem mid-dubbju.

Huwa dan il-Kalci li ghandu dehra medjovali, l-Kalci ta’ l-ahhar cena? Ghaliex jinsab gewwa Valenzja? Jew forsi huwa wiehed mid-diversi li kollha huma is-suppost Kalci veru ta’ Kristu? Ghaliex ma hux famuz daqs il-Lizar ta’ Turin? U hafna mistoqsijiet ohra li nisimghu minn diversi vizitaturi fil-Katidral.

L-apparenza taghha ma ghandiex tikkonfondina u thawwadna.

Ir-relikwija tal-Kalci ta’ Kristu hija l-bicca ta’ fuq, it-tazza ta’ kulur kannella skur mill-hagra ta’ l-agate ,materjal ippolixjat b’mod l-aktar ghaqli. L-arkeologisti jemmnu li l-origini taghha huwa fl-orjent bejn is-snin 100 u 50 qabel Kristu. Din hija l-konkluzjoni tal-Professur Antonio Beltran, ippubblikata fis-sena 1960 taht l-isem ta’ “El Santo Caliz de la Catedral de Valencia” (Is-Salib Imqaddes tal-Katidral ta’ Valencia.)   L-istudju tieghu qatt ma gie kontradit u huwa bazi ta’ rispett u gharfien li dejjem jikber lejn il-Kalci Imqaddes.

IL-QISIEN TAL-KALCI

L-idejn u s-sieq tieghu saru wara u gew mahduma minn deheb skolpit b’sengha, imzejjem b’hagar prezzjuz.  Il-bazi tieghu hija ta’ l-alabastru. Dawn ix-xoghlijiet kollha saru fi zmien il-medjoevu. Il-Kalci huwa 17 cm gholi, u 9 cm wiesgha u l-bazi ellitikku ghandha qisien ta’ 14.5 x 9.7 cm.

L-idejn tal-Kalci huma kbar biex min imissu ma jmissx it-tazza  (kalci) li ghandha valur ta’ devozzjoni mill-aktar kbir.

IT-TRADIZZJONI TA’ L-EWWEL SEKLI

It-tradizzjoni tghidilna li din l-istess tazza jew kalci li nqeghda bih il-Mulej Gesu’ fl-ahhar Cena meta waqqaf l-Ewkaristija, San Pietru garraha mieghu meta mar Ruma u kienet mizmuma b’ghozza kbira mill-Papiet ta’ wara.  Il-Papa Sistu II ta t-tazza lil San Lawrenz, meta l-Imperatur Valerjanu ried li jingabru r-relikwi kollha, li minn naha tieghu ghaddieha lil suldat spanjol jismu Proselius b’istruzzjonijiet li johodha biex tkun imharsa gewwa Spanja, art twelid San Lawrenz.

L-ISTORJA TAL-KALCI MQADDES GEWWA SPANJA

Matul l-invazjoni musulmana, sa mis-sena AD 713  il-Kalci kien mohbi fil-Pirinej wara li kien f’Yerba, Siresa, Santa Maria de Sasabe (illum San Adrian) Balio u finalment fil-monasteru ta’ San Juan de la Pena (Huesca) fejn hemm dokument tas-sena 1071 li jirreferi ghall-kalci prezzjuz maghmul mill- hagar.

Din ir-relikwija giet moghtija fis-sena 1399 lir-re ta’ Aragona, Martinu imlaqqam l-Uman li zammha fil-Palazz Rjali ta’ Saragossa u aktar tard fil-Palazz ta’ Barcellona, meta fis-sena 1410 huwa miet. Dan jissemma fil-lista ta’ inventarju tal-propjeta tieghu.  Lejn is-sena 1424 is-successur ta’ Martinu l-Uman, ir-re Alfonso il-Manifiku pprezenta dan ir-relikwarju lil Palazz ta’ Valenzja. Minhabba li kien qed joqghod gewwa Napli, il-Kalci flimkien ma’ relikwarji ohra gew mghoddja lil Katidral ta’ Valenzia.

IL-KALCI MQADDES GEWWA VALENCIA

Din ir-relikwija mqaddsa kienet mharsa ghal-sekli shah fost relikwji ohra fil-Katidral ta’ Valencia. Matul il-gwerra ta’ l-Indipendenza bejn is-snin 1809 u 1813, il-Kalci gie mehud gewwa Alicante, Ibiza u Palma de Mallorca biex l-invasuri ta’ Napuljun ma jisirquhx.  Fis-sena 1916 il-Kalci tqieghed fis-sala tal-Kapitlu, aktar tard imsejha l-Kappella tal-Kalci Mqaddes. Li din ir-relikwija tkun esposta kull hin ghas-servizz tal-pubbliku kellha effett posittiv billi kulhadd sar jaf li kienet tezisti, ghaliex ftit kien hemm informazzjoni dwarha billi kienet merfugha fost ir-rekilwiji tal-Katidral.

 Bejn is-snin 1936 – 1939 meta faqqet il-gwerra civili i-Kalci gie mohbi gewwa Carlet. Il-Papa Giovanni XXII taha indulgenza plenarja fil-jum tal-festa tal-Kalci Mqaddes. Il-Papa Giovanni Pawlu II iccelebra l-Ewkaristija bil-Kalci Mqaddes meta ghamel zjara gewwa Valencia fit-8 ta’ Novembru 1982 kif ukoll ghamel il-Papa presenti Benedittu XVI meta zar lil din il-belt fit 8 ta’ Lulju 2006.

Imma veru li dan huwa l-Kalci attwali?

Hemm tradizzjoni lhudija li tindikalna fatt importanti li fiz-zminijietna kull familja lhudija zzomm il-kalci tal-benedizzjoni ghall-festa ta’ l-Ghid u l-ikliet tal- jum tas-Sibt. Il-vangelu jghidilna li Gesu’ iccelebra dan ir-rit tal-Ghid tal-Lhud f’kamra armata u mzejna. [Mk:14:15] U hu jurikom kamra kbira fuq, mgħammra u lesta. Ħejjulna hemmhekk."   (Mark 14 ver 15) Tidher xi haga barra minn lokha li l-familja li laqghet lil Gesu’ u d-dixxipli tieghu ghal ahhar ikla, tqieghed il-kalci fuq il-mejda biex jilqa’ id-demm tal-Mulej meta dan jippronunzja l-kelmiet Dan hu Demmi fuq l-imbid? Ahna xiehda ta’ hafna xeni ta’ l-Ahhar Cena, bid-dixxipli bil-qieghda fl-art u Gesu’ jiehu f’idejh kalci tal-fuhhar…….imma ma kienx hekk.

Hekk l-appostli u l-ewwel nsara setghu jghozzu din ir-relikwija bhal tifkira tal-misteru mqaddes.

It-tiftix arkeologiku u t-tradizzjoni  hielsa minn kull element ta’ hoss u kurzita’ kif muri f’bosta stejjer letterarji, leggendi u films, ifakkarna fl-istituzzjoni ta’ l-Ewkaristija bhal mumenti storici li jmorru ‘l hemm miz-zmien u narawh bhala l-misterju tas-salvazzjoni.

“Hekk nghixu meta din ir-relikwija sagra tohrog minn postha u titqieghed fuq l-artal maggur waqt ic-celebrazzjoni ta’ Hamis ix-Xirka u fil-festa solenni fl-ahhar Hamis tax-xahar ta’ Ottubru.”

IL-KAPPELLA TAL-KALCI MQADDES.

Il-Kappella li originarjament kienet l-awla kapitulari tal-katidral ta’ Valencia imbidlet f’kappella biex izzomm fiha din ir-relikwija mqaddsa. Ghal xi zmien serviet bhala kullegg tat-teologija u sussegwement bhala post fejn jindifnu l-isqfijiet u l-kanonci.  F’okazzjonijiet ohra gie li ntuzat ghall-parlament rjali tar-renju ta’ Valencia.

Issa li nbidlet f’kappella tmiss mal-katidral u tintuza’ ghal servizzi religjuzi biex jinghata qima u venerazzjoni lil Kalci Mqaddes.  Ghal dan il-ghan twaqqfet fratellanza tal-Kalci Mqaddes.

Il-faccata hija disinn ta’ l-arkitett Antoni Dalmau fil-15 il-seklu fuq stil gotiku.  Fil-parti ta’ isfel naraw sitt episodji mill-Antik Testment li jikkorrispondu ma’ sitt xeni mill-Gdid Testment fuq in-naha ta’ fuq.  Dawn juru lil Mose qed izomm is-serpent tal-bronz u lil Gesu’ mislub fuq salib; Sansun ikisser  il-bibien ta’ Gaza u Gesu’ jkisser il-bibien ta’ l-infern; Gona jehles minn halq il-huta u Gesu’ jqum mill-imwiet; Elija riekeb fuq il-karru tan-nar u Gesu tiela’ is-sema; Mose’ jircievi it-twavel tal-ligi  u Marija u l-appostli jircievu l-Ispirtu Santu; u fl-ahhar, Salamun jqieghed lil ommu fuq it-tron u Gesu’ jinkuruna lil Ommu fis-sema.

Konkluzzjoni

Il-Kalci Mqaddes bhal kull relikwija Nisranija ohra tirraprezenta x-xewqa tajba tal-pellegrin li jkollu xi materjal jew konnessjoni fizika biex jikber u jissahhah fl-gheruq tieghu spiritwali. Bhal Lizar ta’ Turin jew il-Velu tal-Veronika, in-nies ma jabazawx il-fidi taghhom fuq l-esistenza ta’ dawn l-oggetti, imma r-relikwija tghin  lill-poplu ta’ Alla biex jiftakar f’dawk ic-cirkustanzi l-imghoddija li welldu l-fidi nisranija.


 

© Copyright il gimgha mqaddsa