Superjur:

Membru:

Sinjur Alla Missier, mit-tron tieghek l-aktar gholi hares fuq wicc Kristu tieghek u henn ghalina: ghax permezz tieghu jithassru d-dnubiet tal-bnedmin u tinghata lilhom il-paci ta' dejjem.

Superjur:

Alla, o Missier, warrab il-harsa tieghek mill-hazen ta' din id-dinja, u itfaghha fuq il-Wicc Venerabbli ta' Kristu s-Salvatur taghha u tghaxxaq bih; u fl-istess hin la tinsiex li Inti ma kontx tara dan il-Wicc li kieku ma kienx id-dnub tad-dinja. Iva, hares lejh, u ghall-merti infiniti tieghu, itfa', sawwab u roxx mis-Santwarju Etern tieghek fuq id-dinja kollha, r-rugjata tal-grazzja li Huwa, fuq is-Salib, immeritalna bis-sfura tal-mewt fuq il-haddejn tieghu.

Kull wiehed johrog gharrkobbtejh quddiem Wicc Kristu u qabel ibusu jghid:

"Sinjur, kun ghalija Salvatur."

Il-prezenti johorgu wara xulxin, wiehed minn naha u iehor mill-ohra. Meta kulhadd ikun ghamel dan l-att ta' Qima il-prezenti kollha jinzlu gharrkobbtejhom u jitolbu flimkien:

Alla Qaddis, Alla Qawwi, Alla Immortali, henn ghalina


Superjur: Alla Qaddis, Alla Qawwi, Alla Immortali Flimkien: Henn ghalina.

(talba miktuba minn San Gorg Preca.)

© Copyright il gimgha mqaddsa