Fl-aħħar verżjoni tiegħu Il-ktieb li għandek f’idejk hi l-verżjoni definittiva tal-ktieb magħruf ta’ Dun Ġorġ Il-Ktieb il-Kbir.
Dun Ġorġ baqa' jorqom dan il-ktieb sakemm ħareġ l-edizzjoni definittiva,........ — L-Edituri.
Edizzjoni M.U.S.E.U.M. - Issettjat u stampat offset fil-Veritas Press, Żabbar.
“Jiena ma nafx ħaġ’oħra ħlief lil Kristu u dan imsallab.” Hekk kiteb San Pawl. Hekk igħixu l-qaddisin. Kristu Msallab, li ġibed lil kulħadd lejh, ma jistax ma jkunx il-ħajja ta’ dawk li taw ħajjithom għalih. Iżda mhux kulħadd iħares lejn il-Kruċifiss bl-istess għajnejn.
Għal Dun Ġorġ il-Kruċifiss kien ‘Ktieb’, jiġifieri ma hawnx ktieb ħliefu fid-dinja. Għalhekk huwa sejjahlu “Il-Ktieb il-Kbir.” Taqra x’taqra jekk ma taqrax dan il-Ktieb inti ma taf xejn. Bir-raġun kollu li Dun Ġorġ kien iħares lejH u jieħu minnu t-tagħlim tal-ħajja eterna.
F’dan il-ktieb Dun Ġorġ jiġbor ħamsin paġna, kollha ta’ l-istess daqs u bl-istess format. Dun Ġorġ jikteb bi stil konċiż, preċiż u profond, mimli tagħlim li ħafna minnu huwa frott tal-ħsibijiet tiegħu fuq il-Kruċifiss.
Kull fejn tiftaħ issib l-Iskrittura għaddejja li, għalkemm ma jagħtix kwotazzjonijiet, iżda tħossha f’kull paġna li taqra.
Kull paġna tista’ tgħinek titlob bla ma tegħja, għax l-istil ta’ Dun Ġorġ qatt ma hu fit-tul iżda jitfgħek taħseb u tħoss fil-fond biex taqra lil Ġesù Kruċifiss li, kif igħid huwa fl-għeluq tal-Ktieb, huwa ’l-aqwa u l-akbar Ħabib fidil tagħna.’ Dan huwa wieħed mill-kotba tal-bidu li kiteb Dun Ġorġ u bla dubju huwa wieħed mill-aqwa tiegħu għax ħareġ iktar minn qalbu milli mill-pinna tiegħu.
Abel Giglio
© Copyright il gimgha mqaddsa
Make a free website with Yola