KELMTEJN FUQ IS-SIT "IL-GIMGHA MQADDSA" -
SIT FUQ IL-PASSJONI TA' KRISTU
 
 

Dan is-sit iwassal lil dawk li jidhlu fih, informazzjoni fuq it-tradizzjonijiet, uzani u celebrazzjonijiet tal-gimgha mqaddsa f'diversi pajjizi inkluzi dawk f'Malta. Wiehed jifhem ukoll li ghalkemm ic-celebrazzjonijiet ta' dawn il-jiem xi ftit jew wisq ivarjaw fil-pajjizi tad-dinja kattolika, l-ghan taghhom hu wiehed: dak li n-nisrani jingabar u jahseb fuq dan il-misteru tat-tbatija ta' Kristu, biex skont il-fidi tieghu jaghraf kemm ihobbna Alla.

Nhossni li nkun qed nonqos jekk jiena nieqaf biss fuq it-tradizzjonijiet ta' dawn il-jiem imqaddsa meta nistghu nimxu 'l quddiem, u b'mohhna u bi hsibijietna nimirhu fuq it-tbatija ta' l-Iben t'Alla ghalina u naslu ngharfu kemm Hu habbna, tant li baghtilna lil Iben wahdieni tieghu biex b'mewtu jifdina mill-hakma ta' Satana.

L-uzani u t-tradizzjonijiet ghandhom ikunu ghalina mezz biex naslu nifhmu kemm hu Benefattur kbir ghalina Gesu' Kristu, l-Imghallem wiehed tal-bnedmin.

KRISTU TA' MEDINACELI - L-ISTORJA INTERESSANTI, DEVOTA U ANKE AVVENTURUZA TA' DIN IX-XBIEHA MEQJUMA GEWWA MADRID.

DIN IS-SENA NZURU FLIMKIEN IL-GIMGHA MQADDSA LI TKUN ICCEBRATA GEWWA...ORTE LAZIO ...OCANA...

GALLIPOLI.... BARCELLONA POZZO DI GOTTO (SQALLIJA).....GAUDIX.....SEVILJA F'HADD IL-PALM

IL-PASSJONI TA' KRISTU....IT-TIFSIRA TAGHHA

Il-Passjoni ta' Gesu' hija l-istorja li kull nisrani jfakkar u jirrakonta ghaliex hija essenzjali ghat-twemmin tieghu. Hija l-istorja li Kristu niffsu li rxoxta mill-mewt jirrakonta . Kif waslitilna l-lum, il-Passjoni ta' Kristu qatt ma kienet ser tkun il-grajja ghaziza taghna li kieku Kristu ma ghamilhiex parti mir-rivelazzjoni ta' l-Ghid tieghu.

L-istorici ta' zmienu qatt ma kienu ser issemghuha; ghalihom Gesu' kien persuna bla tifsira, bniedem komuni bhal l-ohrajn li jintilef fost il-poplu lhudi. Anke li kieku kien persuna ta' importanza, l-istorja tal-krucifissjoni tieghu qatt ma kienet ser tkun imnizzla fil-kitbiet taghhom, ghaliex grajja ta' krucifissjoni hija wahda ta' misthija. Xi hjiel ckejken wiehed jiltaqa' mieghu f'xi kitbiet ta' nies kontemporanji ta' Gesu' imma dan hu biss referenza ghaliex kull kittieb kien imbuttat minn dan l-att barbaru : it-tislib.

Anqas id-dixxipli ta' Kristu, mitluqin wahedhom ma kienu ser ihallulna din il-grajja.Il-vangelu jiddeskrivi s-segwaci ta' Kristu bhala nies disilluzi ghal dak li kien sehh gewwa Gerusalemm f'dawk il-jiem imfamja. Ma kienux ser jirraportaw dak il-falliment li huma kienu jaghmlu parti minnu lkoll. Jekk inharsu lejn iz-zewg dixxipli ta' Emmaws li hallew il-belt fil-jum tal-Qawmien ta' Kristu nindunaw li huma riedu jinsew dik il-memorja tal-Gimgha l-Kbira. Le, id-dixxipli wahedhom qatt ma kienu ser ihallulna bil-miktub il-grajja li huma raw.

Kien Gesu' stess, li qam mill-imwiet, li beda jirrakonta l-grajja tal-passjoni u l-mewt tieghu u taha tifsira. Il-vangelu ta' l-Ghid jiddeskriviha. Meta deher lid-dixxipli tieghu go Gerusalemm f'dak il-jum qalilhom : " Il-Paci Maghkom." U uriehom idejh u gembu. Ferhu d-dixxipli tieghu meta sar jafu li kien il-Mulej. (Giovanni Kap 20 versi 19 -21). Meta Kristu jiltaqa' mad-dixxipli ta' Emmaws jghidilhom: " Ma tafux li Kristu kellu jbati u jmut biex jidhol fil-glorja tieghu?" U beda minn Mose u l-profeti kollha, jispjegalhom il-kitba li kienet miktuba fuqu (Luqa 24 versi 26-27).

Il-grajjiet tal-passjoni kif nafuhom fil-vangelu bdew minn dak li irrakonta Kristu. Il-Passjoni ta' Kristu hija l-istorja ta' l-Ghid u ghalhekk tipprezentalna tama. Irxuxtat, Gesu' ma hebiex il-pjagi tieghu; huwa wriehom lid-dixxipli. Kristu ma stahax juri s-sofferenza. B'din l-azzjoni Gesu' wera' l-qawwa t'Alla fil-pjagi tieghu. U minflok storja li kienet takkuzhom, Gesu' xeghel bl-imhabba l-qlub tas-segwaci tieghu billi fakkarilhom u gabilhom il-ferh u l-paci. U bhalma ghamel maghhom, hekk jaghmel maghna wkoll. Huwa jixghel il-qlub taghna bid-dawl tieghu u ahna nintlew bil-grazzji tieghu biex nghixu l-hajja li tghogob lilu.

IL-PASSJONI TA' KRISTU FIHA GID KBIR SPIRITWALI. ARA X'TISTA' TITLOB BIS-SAHHA TAGHHA.

SLIDESHOW FUQ IL-PASSJONI TA' KRISTU GESU'

X'NITGHALLMU MIN MINN RA IL-WICC TA' KRISTU?


WICC KRISTU MIN RAH

QARI GHAL MATUL IR-RANDAN
DIN IS-SENA R-RANDAN JIBDA' FIS-14 TA' FRAR U L-GIMGHA L-KBIRA TAHBAT FID-29 TA' MARZU.  FTAKAR LI F'DAWN IL-JUMEJN HEMM L-OBBLIGU TAS-SAWM U ASTINENZA.
    Ċelebrazzjoni li ssir kull nhar ta' Ġimgħa, mill-membri tas-Socjeta' tad-Duttrina Nisranija u li fiha tingħata qima lill-ħames pjagi ta' Sidna Ġesù Kristu. Dan il-kult tal-pjagi jsir b'mod solenni nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Tista' taghmel din il-qima fil-privatezza ta' darek.
    
EZERCIZZJU FUQ MARIJA ADDOLORATA- KITBA TA' SAN GORG PRECA

IL-PASSJONI TA' KRISTU SKONT SAN MARK

AMINA CHRIST  - RUH TA' KRISTU

   


IL-GIMGHA MQADDSA U DAK KOLLU RELATAT MAGHHA.

TRADIZZJONIJIET U KURZITAJIET DWAR IL-GIMGHA MQADDSA FI SPANJA.

 

PASS PASS MAT-TBATIJA TA' KRISTU.

VIA SAGRI MADWAR ID-DINJA

IT-THEJJIJA GHALL-PURCISSJONIJIET TAL-GIMGHA MQADDSA GEWWA SPANJA

Il-preparamenti huma tassew iebsa ghall-partecipanti tal-purcissjoni, l-aktar ghar-reffiegha, li jithejjew minn zmien qabel jiehdu sehem. Izda, imbaghad is-sodisfazzjoni ma jitkejjilx.

Ikklikja fuq il-KELMIET FILMAT THEJJIJA GHALL-PURCISSJONJIET u tifhem aktar dak li jghaddu minnu l-partecipanti biex jaghtu wirja ta' devozzjoni lil dawk li jmorru jarawhom .


VERU RITRATT TA' KRISTU

skont il-profeta Isaija.

mill-kollezzjoni tieghi


POEZIJI

BIEX TIFHEM AHJAR ..... L-AKBAR GRAZZJA...

IL-FIDWA TAL-BNIEDEM


KNEJJES, KAPPELLI U FRATELLANZI DEDIKATI LIL MARIJA ADDOLORATA - BEJN DEVOZZJONI U TRADIZZJONI

ALTARI TAR-RIPOS

L-artal tar-Reposizzjoni huwa dak l-artal fejn l-ostji konsagrati fil-jum ta’ Hamis ix-Xirka jitqieghdu biex ikun riservati ghat-tqarbin ta’ l-jum ta’ l-ghada, il-Gimgha l-Kbira billi f’dan il-jum ma jsirx is-sagrificcju tal-Quddiesa

(KOMPLI AQRA)

TRID TKUN TAF META GEJ IL-BIDU TAR-RANDAN, U L-GHID IL-KBIR GHAL DAWN IS-SNIN LI GEJJIN?  IKKLIKJA FUQ L-ISTAMPA U TKUN TAF. 

© Copyright il gimgha mqaddsa