Li nitolbu permezz tal-Via Sagra hija prattika salutari ghaliex huwa mezz qawwi biex nikkontemplaw u nidhlu fil-qalba tal-miseru tas-salvazzjoni ta' Kristu. Huwa ezercizzju fejn titwieled l-immaginazzjoni u wiehed isibha hafifa biex jaghmel riflessjoni minghajr tbatija zejda. Tinvolvi s-sensi, l-esperjenzi u l-emozzjonijiet taghna bil-konsegwenza li nghaddu minn esperjenza ta' imhabba lejn Kristu u nintlew b'ingratitudni lejh. Ingratitudni profonda li tmmexxina lejn generozita' awtentika u xewqa li nhobbu bhal ma jhobbna hu.

FTIT TA' L-ISTORJA.

Sa mill-ewwel zmien wara li Kristu tela' s-sema, is-segwaci tieghu kienu jirrakontaw it-tbatijiet tieghu, il-mewt tieghu u l-qawmien tieghu mill-mewt. Meta l-pellegrini kienu jmorru pellegrinagg f'Gerusalem, kienu herqana li jzuru is-siti fejn kien ghex u bata l-Imghallem taghna. Dawn hadu xejra mportanti u saru postijiet qaddisa. Eventwalment anke il-postijiet fejn bata Kristu saru parti mill-pellegrinagg. Meta ma kienx izjed possibli li l-pellegrini jzuru dawn il-postijiet bdew isiru stazzjonijiet bhalma nafuhom il-lum. Fis-snin 1500, il-villaggi gewwa l-Ewropa bdew joholqu replika tat-triq tas-salib go niccec biex jikkommemoraw l-episodju tat-tbatija ta' Gesu'. Mal-medda taz-zmien dan it-tahrig qaddis kien maghruf bhala l-Via Dolorosa jew l-Istazzjonijiet tal-Via Sagra, jew it-Triq tas-Salib. Dawn in-niccec saru 14 il-stazzjoni u kienu imwaqqfa f'kull knisja Kattolika fid-dinja.

Dan it-tahrig tal-meditazzjoni fuq it-tbatijiet ta' Kristu isir mhux biss fil-knejjes matul ir-Randan u kull nhar ta' Gimgha, izda wkoll f'postijiet fil-berah. Kien l-Frangiskani li bdewha u xerrduha ma' l-erbat irjiehat tad-dinja. Din l-ordni ghandha hafna ghal qalbha l-ispiritwalita' tal-misterju tal-fidwa tal-bniedem li jibda bit-Twelid tas-Salvatur u jintemm bil-passjoni u l-Qawmien Tieghu mill-imwiet. L-istess fundatur ta' din l-ordni kellu devozjoni u qima lejn it-tbatijiet ta' Kristu bhal ma kellu lejn it-twelid Imqaddes Tieghu, tant li kiteb Uffizzju tal-Passjoni biex jitlob, jirrfletti u jghix it-tbatijiet ta' Kristu.

Il-fundatur propju tal-Via Sagra huwa San Leonardu minn Porto Maurizio (1676 - 1751). Dan il-qaddis waqqaf madwar 600 Via Sagra madwar l-Italja waqt li kien jaghmel il-missjonijiet, fosthom dik tal-Colloseo.

L-istazzjonijiet tal-Via Sagra huma mahduma fil-gebel, injam, metal, skultura jew pittura. Xi whud mill-Via Sagra huma xoghol imprezzabli ta' arti bhal ma nsibu gewwa l-Katedral ta' Antwerp u li fuhom gew ikkupjati xoghlijiet ohra.

Normalment insibuhom imxerrda f'intervalli madwar il-knisja, ghalkemm xi drabi nistghu niltaqghu maghhom fl-apert, fi triqat li jiehdu lejn xi knisja jew santwarju. Fil-monasterji gie li nsibuhom mxerrda madwar il-kjostru. Fil-bidu in-numru taghhom kien ivarja izda issa in-numru uficcjali huwa 14. Min jaghmel il-Via Sagra jghaddi minn stazzjon ghal iehor filwaqt li jimmedita it-tbatija ta' Kristu u jitlob. U hekk din il-mixja tieghu tkun qisa vjagg zghira ma' Kristu lejn il-Kalvarju u l-qabar. Gie li jitkantaw xi strofi ta' l-Istabat Mater bejn stazzjon u iehor meta l-okazzjoni tkun solenni.

Fil-monasteru ta' San Stiefnu gewwa Bolonja grupp ta' kappelli kienu mibnija sa mill-5 seklu minn San Petronius, Isqof ta' Bolonja biex jirrapresentaw is-santwarji l-aktar importanti ta' Gerusalemm u biz-zmien kienu maghrufa bhala "Hierusalem". Dawn setghu kienu l-ewwel zerriegha li minnhom twieledet il-Via Sagra ghalkemm bic-cert nafu li ma kien hemm ebda Via Sagra bhal ma nafuha l-lum qabel il-15 il-seklu.

F'dan iz-zmien bdew jimbtu bil-mod il-mod diversi tipi ta' Via Sagra gewwa l-Ewropa. Mhux kullimkien kien hemm l-istess numru ta' Stazzjonijiet li kienu jvarjaw minn lok and iehor. Rapport miktub minn Wey fin-nofs tal-15 il-seklu jaghti bhala numru ta' stazzjonijiet 14, imma hamsa biss jikkorespondu ma' taghna fil-waqt li l-kumplament ftit li xejn ghandhom x'jaqsmu mal-Via Sagra taghna.

Meta Romanet Boffin mar Gerusalemm fis-sena 1515 bl-iskop li jgib mieghu dettalji korretti dwar is-set ta' stazzjonijiet li kien bi hsiebu jwaqqaf, zewg patrijiet qalulu li dawn kellhom ikun 31, imma l-manwali ta' devozzjoni mahruga lil dawk li kellhom izuru dawn l-istazzjonijiet kienu juru bhala numru 19, 25, u 37 . Dan juri li anke fl-istess lokal ma kienux jaqblu bejnithom dwar in-numru ta' stazzjonijiet. Ktieb jismu "Jerusalem sicut Christi tempore floruit" miktub minn wiehed Adrichomius ippublikat fis-sena 1584 juri n-numri ta' stazzjonijiet bhal tnax u dawn jikkorrespondu ma' l-ewwel tnax- il stazzjoni tal-Via Sagra taghna tal-lum. Dan il-punt hu mahsub li kien fatt konklusiv fuq l-ghazla tal-knisja dwar l-istazzjonijiet tal-Via Sagra tal-lum ghalkemm dan wiehed ma jistax jghidu bhala fatt. Huma x'inhuma l-fatti, matul is-16 il-seklu, fl-Ewropa kienu jigru xi kotba ta' talb li kellu jinghad waqt li wiehed ikun jaghmel il-Via Sagra u xi uhud mill-14 il-stazzjon taghna dehru ghal ewwel darba fihom. Ma danakollu Zuallardo li kiteb ktieb fuq is-suggett u ppubblika gewwa Ruma fis-sena 1587 jistqarr li ma kienx hemm linja generali dwar is-santwarji li kienu taht it-tmexxija Frangiskana u l-istazzjonijiet tal-Via Sagra bhal ma nafuha llum. Jispjega r-raguni u jghidilna: " ma hux permess li tieqaf jew tqim b'ras mikxufa jew taghmel xi turija ohra". Minn dan jidher li wara l-waqa' ta' Gerusalemm taht id-dominju tork, dan l-ezercizzju salutari tal- Via Sagra, wiehed aktar seta' jaghmlu b'devozzjoni gewwa l-Ewropa milli go Gerusalemm infisha.

X'aktarx allura li dawn is-serje ta' stazzjonijiet flimkien mat-talb preskritt ghalihom gew ghandna mhux minn Gerusalem imma minn xi imitazzjonijiet tal-Via Sagra li kienu jsiru f'diversi partijiet ohra ta' l-Ewropa u kittieba li kienu devoti tat-Triq tas-Salib milli mill-prattika tal-pellegrini li kienu jzuru il-postijiet mqaddsa.

It-twaqqif ta' l-istazzjonijiet fil-knejjes ma qabadx gheruq hlief lejn it-tmiem tas-sbataxil seklu. Il-Via Sagra kibret fil-popolarita' minhabba l-indulgenzi li kienu marbuta maghha. Kien hemm hafna indulgenzi mal-postijiet imqaddsa f'Jerusalemm. Ftit persuni setghu jivvjaggaw biex jirbhu dawn l-indulgenzi u minhabba f'hekk il-Papa Innocent XI fis-sena 1686 laqa' it-talba tal-Frangiskani biex iwaqqfu stazzjonijiet tal-Via Sagra fil-knejjes kollha taghhom u ta li l-istess indulgenzi li dawk, li affiljati ma' l-ordni taghhom, li kienu jaghmlu l-Via Sagra skont l-ordni stabbilit, bhalma l-pellegrini li kienu jzuru il-post attwali tal-passjoni ta' Kristu kienu jirbhu. Innocent XII ikkonferma dan il-privilegg fis-sena 1694 u Benedittu XIII fis-sena 1726 estendih lill-fidili kollha. Fis-sena 1731 Klement XII estenda dawn l-indulgenzi fil-knejjes kollha, basta dawn l-istazzjonijiet kienu jigu mwaqqfa minn patri frangiskan bil-permess ta' l-isqof tal-lokal. Fl-istess zmien huwa stabbilixxa n-numru ta' stazzjonijiet ghal dak ta' erbatax. Benedittu XIV fis-sena 1742 esorta lis-sacerdoti kollha biex idahhlu dan it-tezor kbir ta' grazzja fil-knejjes taghhom. Fejn ma kienx hemm patri frangiskan bhal fil-kaz ta' l-Ingilterra l-isqfijiet fis-sena 1857 talbu li jkunu huma li jwaqqfu l-Via Sagra bl-indulgenzi li kienu jgibu maghhom. Fis-sena 1862 din ir-restrizzjoni tnehhiet u l-isqfijiet setghu jwaqqfu l-Via Sagra personalment jew permezz ta' delegat kull fejn kien mehtieg basta fil-gurisdizzjoni taghhom. Fis-sena 1773 Klement XIV ta certi indulgenzi taht certi kundizzjonijiet lil xi slaleb imberkin apposta biex jintuzaw mill-morda, mill-bahhara jew mill-prugunieri u ohrajn li onestament ma setghux jippratikkaw dan l-ezercizzju qaddis. Dawn is-slaleb ma setghux jimbieghu, mislufa jew moghtija ghax inkellha l-indulgenza marbuta mas-salib tintilef.

Il-knisja fasslet li in-numru ta' stazzjonijiet kellu jkun 14 u jinqraw hekk:
(kull stazzjoni ghandu hsieb qasir u talba)

1. Gesu' ikkundanat ghal mewt bla htija.
2.Gesu' jilqa' s-salib.
3.Gesu' jaqa' ghal-ewwel darba taht is salib.
4.Gesu' jiltaqa' ma' Ommu Marija Ssma.
5.Xmun minn Cirene jghin lil Kristu jerfa' is-salib.
6.Il-veronika tixxota wicc Gesu'.
7.Gesu' jaqa' ghat-tieni darba taht is-salib.
8. Gesu' jiltaqa man-nisa ta' Gerusalemm.
9. Gesu' jaqa' ghat-tielet darba taht is-salib.
10. Gesu' jnezzghuh minn hwejgu.
11. Is-suldati jgeghlu lil Gesu' jimtedd fuq is-salib.
12 Gesu' mislub fuq is-salib.
13. Gesu' imnizzel mis-salib
14.Gesu' midfun f'qabar gdid



Din il-Via Sagra hija maghrufa ukoll bhala l-Via Sagra tradizzjonali ghaliex min ftit zmien 'l hawn tnehhew xi stazzjonijiet biex iddahhlu ohrajn flokhom biex il-lista ta' stazzjonijiet ghalkemm taqra 14 u forsi xi kazi 15 ghaliex iddahhal l-istazzjon tal-qawmien mill-imwiet biex il-pjan tas-salvazzjoni ikun allura komplut, iddahhlu xi episodji godda evangelici bhala per ezempju l-Ahhar Cena, it-tradiment ta' Guda.

Bhala konkluzzjoni wiehed jista jghid li din id-devozzjoni hija ezercizzju salutari ghar-ruh ghax permezz taghha nitolbu lil Alla xita ta' grazzji fuqna u fuq il-knisja kollha. Il-fatt li wiehed jista jaghmel din il-prattika qaddisa fil-knisja kemm privatment jew publikament taghmilha devozzjoni adatta ghal kulhadd.

© Copyright il gimgha mqaddsa