PURCISSJONIJIET TAL-GIMGHA MQADDSA MADWAR ID-DINJA


Kull purcissjoni religjuza hija att ta' fidi u sinjal tal-mixja taghna lejn is-sema pajjizna. Kull nisrani ghandu jhares lejn il-purcissjoni. b'mod specjali lejn dik tal-Gimgha Mqaddsa, mhux bhala spektaklu, izda bhala attivita' li ghandha issahhalu l-fidi tieghu. Jiena ma nhiex bi hsiebni nikteb fuq il-purcissjonijiet ta' pajjizna ghaliex dan ikun sforz ripetut, billi taghrif bhal dan wiehed jista' jsibu fuq siti tal-fratellanzi u tal-parrocci li jorganizzaw dawn il-purcissjonijiet u ohrajn privati.

It-taghrif li irrid nghaddi lill-qarrejja huwa fuq purcissjonijiet tal-Gimgha Mqaddsa li jsiru 'l boghod minn xtutna billi dawn ghadhom karateristici differenti minn taghna, ghalkemm l-ghan huwa wiehed, biex juru li s-salvazzjoni waslet lill-bniedem billi Gesu' sofra u sofra sal-mewt tas-salib.

Tajjeb ukoll li wiehed isir jaf bil-kulturi ta' pajjizi ohra fid-dinja kattolika biex jinfetah ghall-kulturi ohra religjuzi, kemm jahdmu u jistinkaw biex jipprezentaw il-fidwa ta' Kristu bil-mod qawwi taghhom bhalma naghmlu ahna bil-kultura taghna. Xi aspetti tal-kultura taghhom jaqblu ma' dawk taghna bhal meta naraw li l-attivita' tal-Gimgha Mqaddsa tiftah bit-tifkira ta' l-Addolorata fil-jum tal-Gimgha qabel Hadd il-Palm. Izda jvarjaw meta nigu ghal attivita' tal-purcissjoni. Filwaqt li ahna norganizzaw il-purcissjoni taghna fil-Jum tal-Gimgha l-Kbira b'sett ta' hames misterji tat-tbatija u forsi xi zewg vari ohra, dawk fil-parrocci ta' Spanja johorgu xi erba' jew hames purcissjonijiet kuljum minn Hadd il-Palm 'l quddiem. Il-fratellanzi ta' dawn il-purcissjonijiet jkollhom biss statwa wahda li turi mument mit-tbatija ta' Kristu u l-Addolorata imqieghda taht baldakkin. F'post gewwa l-Italja, Valenzano, madwar 40 vara jiehdu sehem fil-purcissjoni. Dawn huma propjeta' privata tal-familji li jghixu hemm u wara l-manifestazzjoni jerfghuhom fid-djar taghhom. Fl-Amerka t'Isfel il-purcissjoni tghaddi minn fuq twapet aromatici msejha alfombras .

Dawn il-manifestazzjonijiet huma rizultat tal-hidma bla waqfien tal-fratellanzi. Xejn ma jaqtghalhom qalbhom u jnikkithom hlief haga wahda. Ix-xita - li thassrilhom dak kollu li jkun ippreparaw matul is-sena. Tassew hasra, imma haga li ma ghandhomx kontroll fuqha.

LOKALITAJIET FI SPANJA

LOKALITAJIET OHRA FID-DINJA

© Copyright il gimgha mqaddsa