ALTARI TAR-RIPOS

L-artal tar-Reposizzjoni huwa dak l-artal fejn l-ostji konsagrati fil-jum ta’ Hamis ix-Xirka jitqieghdu biex ikun riservati ghat-tqarbin ta’ l-jum ta’ l-ghada, il-Gimgha l-Kbira billi f’dan il-jum ma jsirx is-sagrificcju tal-Quddiesa.

Wara l-quddiesa ta’ Hamis ix-Xirka, l-ostji konsagrati  ma jigux merfugha fit-tabernaklu bhas-soltu, izda jingarru processjonalment ghall-post riservat jew f’kappella inzejna ghal-okkazzjoni, u jinqafel fil-post ta’ reposizzjoni. Dan generalment ikun qisu tabernaklu. Ma hu qatt permess li Gesu’ ikun espost fl-ostensorju fil-jum ta’ Hamis ix-Xirka. U hawn joqghod sa l-ghada sakemm issir l-azzjoni liturgika u fiha jsir it-tqarbin. Dan il-post jissejjah l-artal tar-reposizzjoni. Hu preskritt li dan l-artal ma ghandux ikun dak li fih tkun saret il-quddiesa, izda iehor apparti fil-knisja.

Quddiemu l-fidili jingabru biex jaduraw  lil Gesu’ Sagrament f’dan il-jum li fih Gesu’ waqqaf l-Ewkaristija. Dan jibqa’ jsir sa nofs il-lejl meta imbaghad jekk tibqa’ issir l-adorazzjoni din issir b’mod privat, billi jkun beda jum gdid, il-Gimgha l-Kbira, jum li fih il-Knisja trid li n-nisrani jahseb fuq il-mewt ta’ Kristu.  U biex tishaq fuq dan il-punt jitnaqqas id-dawl tax-xema’ fl-artal tar-riposizzjoni u jhallu dak li hu essenzjali bhala rispett u qima lejn l-Ewkaristija.

Ma kienx qabel tmiem is-seklu 15 li bdew jissemmew l-artal tar-reposizzjoni u l-purcissjoni. Fi zminijiet l-imghoddija kien jissejjah is-Sepulkru.

L-artali tar-Reposizzjoni jigu mzejnu bl-ahjar mod possibbli billi hija haga ferm xierqa li nonoraw it-tifkira ta’ meta Gesu’ waqqaf dan is-sagrament ta’ l-Imhabba u halla lilu niffsu lilna, haj bil-gisem, id-demm, ir-ruh u d-divinita’ taht l-ispeci tal-hobz u imbid ikkonsagrati. Kull parrocca u knisja madwar id-dinja ghandha l-idea u l-uzani taghha kif tarma u zzejjen dan l-artal tar-riposizzjoni.

Xi parrocci gewwa l-Italja jbiddlu d-disinn u l-ambjent ta’ l-artal tar-reposizzjoni kull sena u jibnuh fuq ix-tema partikulari ta’fidi li tkun popolari ghal dik is-sena. Bhala ezempju - is-sena sacerdotali,  il-kungress internazzjonali ewkaristiku gewwa Quebec etc.

Iftah il-kotba ta’ hawn taht u zur l-artali tar-reposizzjoni.

© Copyright il gimgha mqaddsa