KRISTU FFLAGELLAT


  Gesu’ l-Imghallem mill-Galilea u operatur ta’ hafna mirakli, kien brutalment ifflagellat fuq ordni ta’ Pilatu. Wara li sawwtuh is-suldati ghaddewh biz-zmien.

KRISTU MOGHTI S-SWAT

Ponzju Pilatu kieku ried isalva lil Kristu billi joffrilhom alternativa xejn attraenti, lil Barabba. Il-pjan tieghu falla. Ipprova pjan iehor dak li jibghat lil Kristu ghall-flagellazzjoni, jurih lin-nies f’attentat li jikseb il-moghdrija taghhom. Irraguna li meta jaraw bniedem f’dak l-istat cert li ma kienux ser jiehdu bis-serjeta’ li Kristu kien sultan. Is-swat kien kastig brutali ghal ahhar, imma kienet prattika li s-soltu ssir qabel wiehed jigi msallab.

Is-sawt jew flagellum kellu hafna hbula li fit-trufijiet taghhom kellhom bicciet tal-metal jew ghadam imwahhla. Ma’ kull daqqa tieghu fuq il-gisem il-laham jittertaq. Kienu jorbtu lil persuna ma’ kolonna jew posta u jsawwtuh sa ma gismu jsir trietaq jew spag imdendel. Suldat jew aktar minn wiehed kienu jkunu assenjati biex jaghtu d-daqqiet bil-flagellum. Bilwieqfa fejn il-vittma kienu jaghtu d-daqqa bis-sawt f’forma ta’ ark ghal fuq d-dahar hekk li s-sahha tad-daqqa tasal mhux biss fuq id-dahar imma wkoll fuq id-dirghajn, l-ispalla u sahansitra fuq is-saqajn u l-pexxun. Il-bicciet tal-metal kienu jidhlu fil-laham u jcarrtu il-vini, in-nervituri, il-muskoli u l-gilda.

Is-suldat kien ibiddel il-posizzjoni tieghu minn hin ghal iehor u jaghtih daqqiet minn naha opposta biex b’hekk il-gisem kollu jkun ifflagellat. Ma kienx hemm numru massimu ta’ daqqiet li suldat seta’ jaghti lill-vittma u l-flagellazzjoni setghet iddum kemm ried is-suldat. Hafna drabi l-vittma kien jew jintilef minn sensih jew imut. Tant kienet krudila l-flagellazzjoni u bla ebda sens ta’ hniena jew moghdrija li l-istoriku lhudi Josephus jghid b’certa ftahir li huwa kien jifflagella r-ribelli sakemm jidhru l-imsaren.

Minn studju li sar, waqt il-flagellazzjoni kien jintilef madwar 125 millilitru demm. Gisem il-vittma kien perjodikament jitrieghed u l-vittma nnfisha tintilef minn sensiha u tirremetti. Ma’ kull daqqa il-vittma kien jixgher bl-ugiegh. Ma kienx ikun jista’ jiehu nifs regolari minhabba li d-daqqiet kienu jkissrulhu l-kustilji u jcarrtulu l-fwied. Minn dan kollu ghadda Kristu fil-Pretorium ta’ Pilatu. Kien imsawwat severament ghalkemm l-evangelji ma jiddiskutux is-severita’ tal-flagellazzjoni tieghu. Anqas ma nafu jekk in-numru ta’ daqqiet kienx ta’ 39 skond l-uzu lhudi. (Aktarx li le billi r-Rumani ma kellhomx numru ta’ daqqiet li setghu jaghtu.) Il-flagellazzjoni ta’ Kristu bl-ugiegh intens u t-telf ta’ demm halliet lil Kristu fi stat ta’ xokk mediku. L-abbuz fisiku u mentali mill-Lhud u r-Rumani flimkien man-nuqqas ta’ ikel, ilma u irqad ikkontribwew biex il-kundizzjoni ta’ sahhet Gesu’ qabel il-Krucifissjoni tkun wahda ta’ bejn serja u krucjali.


© Copyright il gimgha mqaddsa