KRISTU FUQ IL-KALVARJU (2)

Meta waslu fuq il-Kalvarju lit-tlett ikkundannati nehhewlhom hwejjighom biex isalbuhom skont l-uzu ruman. Pero’ x’aktarx li r-rumani kienu ikkoncedew lill-lhud, billi dan kien poplu religjuz, li l-ikkundannat li jhallu xi ghata fuq quddiem ghall-onesta’.

Il-hwejjeg ta’ l-imsallbin kienu dritt tas-suldati. Ghalhekk is-suldati qasmu hwejgu, imma meta gew ghat-tunika din tellghuha bix-xorti, lil min tmiss johodha. It-tunika kienet libsa ta’ fuq minsuga bla hjata. Din it-tunika jew bil-lhudi “thalit” kienet libsa twila bajda tas-suf jew ta’ l-ghazel, mahduma bicca wahda minn fuq sa isfel, altrimenti jekk ma tkunx hekk titlef is-sinifikat religjuz taghha. Il-kmiem kienu jkunu wesghin u isfel tat-tunika kien ikun hemm gmiemem zghar imsejha “zitzit”. Din il-kwalita ta’ tunika kienet meqjusa bhala libsa qaddisa u allura l-lhud kienu jibsuha meta jmorru fit-tempju, fis-sinagoga jew meta ser imexxu xi funzjoni religjuza fid-dar bhal nghidu ahna l-ikla ta’ l-Ghid. Ghall-lhud din it-tunika kienet tfisser il-prezenza ta’ Alla maghhom. It-tunika kienet ukoll wahda minn tmiem bicciet ilbies li s-Sommu Sacerdot kien obbligat jilbes fil-festa ta’ l-Espjazzjoni.

Issa Gesu’ zgur li kien liebes dan it-thalit ghax kien hu li kien mexxa l-ikla ta’ l-Ghid mad-dixxipli tieghu. Ghalhekk meta Gesu’ wasal fuq il-Kalvarju kien ghadu liebes din it-tunika ghax mill-kamra fejn iccelebra l-ahhar ikla hareg biha biex imur fil-gnien tal-Getsemani. B’din il-libsa fuqu Gesu’ jaghti sinjal car li huwa hu s-Sommu Sacerdot.

Il-lhud kellhom fidi kbira fit-thalit taghhom. Kienu jqisuha bhala lbies qaddis. Dik il-mara, li kienet ilha tbati tnax-il sena mit-tnixxija tad-demm qalet bejnha u bejn ruhha li kien bizzejjed ghaliha li tmiss it-tarf tal-libsa tieghu biex tfieq. Kienet temmen bis-shih li din il-libsa ta’ fuq li kellu fuqu Gesu’ kienet qaddisa u kien qaddis ukoll dak li kien qed jilbisha. Il-Farizej kienu jilbsuha kuljum anzi maghha kienu jzidu hafna xejxi li ma kienux mitluba mill-ligi biex jidhru differenti mill-ohrajn. U kien ghalhekk li Gesu’ qalilhom li dak li kienu qed jaghmlu, li jtawwlu l-kmien u jzidu l-filatteriji kienu qed jaghmluh ghal ghajn in-nies.

© Copyright il gimgha mqaddsa