KRISTU QUDDIEM ERODI

Il-process ta’ Gesu’ quddiem Erodi jsemmih biss l-Evangelista Luqa. Wara l-mewt ta’ Erodi l-Kbir, il-Galilea u l-Perea messew lil Erodi Antipas. Antipas li kellu madwar 18 il-sena meta lahaq flok missieru ha l-edukazzjoni tieghu gewwa Ruma. Dan Erodi kien jimxi b’ghaqal kbir mal-Lhud, biex ma jiksirhiex maghhom, ghalkemm dawn minn naha taghhom ma kienux igibuh ghaliex l-ewwel ma kienx minn nisel taghhom u t-tieni ghaliex kien jittratthom bhala qaddejja ta’ Ruma.

Billi Erodi Antipas kien kabbar u bena’ it-Tempju ta’ Gerusalemm u sahansitra kien jibghat l-offerti tieghu ghall-istess Tempju, il-Lhud kienu jaghlqu ghajn wahda kif nghidu bil-Malti. Ma kienx bniedem ta’ morali tajba ghaliex kien ha b’martu lil Erodja, il- mara legittima ta’ huh Filippu, u qatel innocentement lil Gwann l-Battista. Gesu’ jindikah bhal “volpi”. Xejn ma kien jingieb ma’ Pilatu. Hawn nistghu nghidu x’seta’ kienet ir-raguni ghala dan it-tnejn kien ghedewwa ta’ xulxin. Il-lhud kellhom privilegg minn Ruma li fil-belt imqaddsa ta’ Gerusalemm ir-Rumani ma setghux jidhlu bl-istendardi taghhom ghax fuqhom kellhom wicc Cesare.

Jirrakonta Flavju, li Pilatu biex jisfida’ lill-Lhud bil-lejl baghat xi suldati bix-xibha ta’ Cesare fil-belt. L-ghada filghodu qam l-inkwiet u fir-rewwixta li segwiet inqatlu xi nies. Biex Erodi Antipas jithabbeb ma’ Ruma, irraporta dan kollu lil Cesare u meta Pilatu sar jaf li kien Erodi li baghat jghid li Cesare b’dan l-agir tieghu, zammu fuq demm id-dars u nqala’ inkwiet bejnithom. Raguni ohra setghet kienet li Pilatu qatel xi Galilin meta nqalet rewwixta fit-tempju. Issa dawn il-Galilin kien jaqghu taht il-gurisdizzjoni ta’ Erodi u dan hass li Pilatu seraqlu s-setgha li kien jezercita’ Erodi fuq din il-popolazzjoni. Erodi iltaqa’ ghal ewwel darba ma’ Gesu’ fil-jum tal-Gimgha ghall-habta tad-9 ta’ filghodu. Erodi ukoll nizel Gerusalemm ghal l-Ghid u kien joqghod xi 10 minuti ‘l boghod biss mill-fortizza Antonia.

Ferah Erodi li ra quddiem lil Gesu’ ghax haseb li ser jara xi miraklu mill-hafna li kien sema’ fuqhom. Izda daqshekk iehor irrabja Erodi meta’ Gesu’ ma lissen ebda kelma quddiem tant li biex ma jidhirx li ma nghatax l-importanza li kien jisthoqlu libbes lil Kristu mantell abjad ileqq biex bhallikieku jghaddih ta’ mignun.

It-tajba hi li Pilatu u Erodi regghu saru hbieb.

© Copyright il gimgha mqaddsa