KRISTU QUDDIEM KAJFA (1)

Il-Qassis il-Kbir jew is-Sommu Sacerdot, Qajfas kien il-bniedem li fuqu kien idur kollox. Kellu funzjoni mportanti fil-hajja Lhudija u kien bniedem ta’ l-ghola grad fis-socjeta’ tal-poplu ta’ Izrael.

Il-gens lhudi kien jhares lejn il-Qassis il-Kbir bhala l-medjatur bejn Alla u l-bniedem. Fil-ghazla tieghu kienu jixhtulu hafna zejt fuq rasu hekk li kien jinzel mal-lehja tieghu.

Il-missjoni tal-qassis il-kbir kienet hekk stmata u meqjusa f’Izrael li ma kienx hemm ohra bhala jew daqsha. Fl-akbar festa tal-Lhud, il-festa ta’ l-Espjazzjoni huwa kien joffri sagrificcji bhala tpattija ghalih u ghall-poplu kollu. Kien ukoll jidhol bid-demm fl-aktar parti qaddisa tat-tempju. Kuljum kien ikun prezenti ghas-sagrificcju li kien jigi offrut lil Alla fit-Tempju. Il-Ktieb tal-Levitiku kien jordna li s-Sommu Sacerdot kellu jizzewweg vergni bil-fors u ghalhekk nisa romol, divorzjati, prostituti jew ohrajn li tilfu giehhom kienu projbiti li jizzewwighom. Dmir iehor importanti kien li jippresedi fl-ghola awtorita’ li kellhom il-Lhud, is-Sanhedrin. L-ilbies li kien ixidd fuqu l-qassis il-kbir, li kien impurtat mill-Indja, kienu hwejjeg ta’ valur kbir, hekk li kienu jinqaflu fil-fortizza Antonja. Dan il-bniedem kien joqghod fil-parti ta’ Gerusalem fejn kienu joqghodu s-sezzjoni tan-nies sinjuri. Id-dar tieghu kien palazz li minn skavi li saru f’Gerusalem kien ifisser li l-abitazzjoni tal-qassis il-kbir Qajfas kien fuq il-gholja occidentali tal-belt, quddiem it-tempju. Jidher li l-palazz tieghu kien wiehed kbir ghaliex fih iltaqghu l-membri tas-Sinehedru li kienu jghoddu 70 ruh.

Matt 26: 57 u Mk 14:53 jikkonfermaw li s-Sinhedriju tlaqqa ta’ malajr fid-dar ta’ Kajfas

Sadanitant Pietru irnexxilu jidhol fil-bitha tal-palazz ta’ Qajfas u hemm iltaqa ma’ tlieta minn nies li xlewh li hu kien wiehed minn ta’ madwar Gesu’ il-Galilew. Huwa cahad l-akkuza taghhom u qalilhom li ma kienx jafu; dak il-hin Gesu’ kien qed jigi mehud f’xi sotterran jew tip ta’ habs u harstu iltaqghet ma’ dik ta’ Pietru. L-appostlu fehem li kien cahad lil imghallem tieghu u hareg minn hemm jikbi biki kbir.

Hawn is-serduk idden u sehh dak li qallu Kristu li qabel ma s-serduk jidden Pietru kien ikun diga cahdu tlett darbiet. Dan kien ghall-habta tat-tlieta ta’ filghodu. Tajjeb niftakru li r-rumani jaqsmu l-lejl f’erba’ sahriet ta’ tlett sighat il-wahda. Dawn kien jitqiesu mis-6.00 sad-9.00 u kienu jsejhulha “la sera”, mid-9.00 sa 12.00 isejhulha “mezza note” minn 12.00 sat- 300 isejhulha “canto del gallo” u mit-3.00 sas-600 isejhulha “mattutino".

Issa gara li dritt malli ddenn is-serduk, u dan ifisser it-3.00 ta’ filghodu, dawk li kienu ghassa ma’ Gesu’ sarilhom il-hin li jitilqu; ghalhekk qabdu lil Gesu’ u haduh gol-habs. U kien f’dan il-mument li Gesu’ waqt li kien qed jaqsam il-bitha ra’ lil Pietru li kien ghadu jitlajja.

Mela din ix-xena ta’ qsim il-qalb u ndiema grat ftit qabel it-tlieta ta’ filghodu. Prova ohra tassew interessanti jaghtiha Lagrange fi studju pacenzjuz li ghamel. Dan studja l-problema ta’ x’hin jiddnu is-sriedak go Gerusalemm matul ix-xhur ta’ Marzu u Aprl. U wasal ghal konkluzzjoni li s-serduk go Gerusalemm jibda jidden mat-tlieta u jdum sal-hamsa ta’ filghodu.

© Copyright il gimgha mqaddsa