KRISTU QUDDIEM PILATU (1)

IL-GVERNATUR PONZJU PILATU

Kienet is-siegha tad-dlamijiet. Wara li s-Sanhedrin ghadda l-gudizzju tieghu fuq Kristu u kkundannah ghall-mewt ried jistenna l-konferma minghand Pilatu, il-gvernatur ruman. Billi kien tard bil-lejl, nizzlu lil Kristu gol-habs jew sotterran biex ma jahrabx. Imma Kristu ta hajtu ghall-fidwa tal-bniedem minn rajh. Ried itemm ir-rieda ta’ Missieru sa l-inqas ittra. Meta sebah hadu lil Kristu minghajr telf ta’ zmien ghand il-gvernatur ruman, Ponzju Pilatu. Jghidilna San Gwann li kien filghodu kmieni u allura il-hin kien bejn is-sitta u s-sebgha ta’ filghodu.

MIN KIEN PONZJU PILATU?

Ponzju Pilatu iggverna fuq il-Lhudija mis-sena  26AD sas-sena 36AD fi zmien l-imperatur Tiberju. Bhala prokuratur ruman, Pilatu kellu f’idejh il-kwistjoni militari kollha, l-ahhar decizjoni fil-piena tal-mewt, l-ghazla jew tnehhija tal-qassis il-kbir u l-gbir tat-taxxi. Huwa qatt ma ra ghajn ma’ ghajn mal-kapijiet lhud u ma kienx jaraha bi kbira biex joqtol bla hniena.  U kien ghalhekk li Pilatu tnehha minn mexxej tal-Lhudija ghax kien qatel hafna samaritani fuq il-muntanja Garizim, muntanja qaddisa ghalihom, fis-sena 36. Pilatu normalment kien joqghod gewwa Cesarea, izda fil-festi kbar tal-Lhud meta l-popolazzjoni ta’ Gerusalemm kienet tizdied minhabba influss kbir ta’ pellegrini, Pilatu kien jitla’ u joqghod fil-fortizzja Antonia u minnha jghasses lill- belt kollha. U  jekk jinqala’ xi nkwiet seta’ jikkontrollah minnufih bla telf ta’ zmien. Il-process ta’ Gesu’ sar minn Pilatu gewwa l-fortizza Antonia. Jghidilna San Gwann fil-kitba tieghu li “ imbaghad hadu lil Gesu’ minghand Qajfas ghall-pretorju.”

IL-FORTIZZA ANTONIA

X’inhuwa l-Pretorju?   Huwa l-imkien fejn kien ikun hemm il-“praetor” jew il-hakem fil-kaz taghna l-gvernatur.San Gwann ikompli: [Ġw:19:13] Meta semagħhom jgħidu dan, Pilatu ġieb lil Ġesù barra u qiegħdu fuq sedja għolja, fil-post imsejjaħ Litòstrotos, bil-Lhudi Gabbatà” Dan ifisser li meta Pilatu kellu quddiemu lil Gesu’, il-pretorju ta’ Pilatu kien qieghed f’post maghruf b’zewg ismijiet, Litòstrotos u Gabbata’. Il-kelma Gabbata’ tfisser post gholi. Guzeppi Flavju kiteb li hemm post gholi hafna gewwa Gerusalemm, anzi l-aktar imkien gholi fil-belt,jismu Betezda, u fuqu Erodi il-Kbir bena’ fortizza u semmieha ghal habibu Mark Antonius. Bosta kienu n-nies xjuh li baqghu jsibu l-fortizza mhux bl-isem attwali taghha, il-fortizza Antonia, izda l-Gabbata. Hemm imbaghad it-tieni terminu, Litòstrotos. Din il-kelma griega tfisser gebel kbir, cangatura.  Fi kliem Flavju l-fotizza kellha erba torrijiet kbar u qawwija, wiehed f’kull anglu. Fin-nofs kien hemm bitha kbira kollha cangatura, u madwarha kien hemm kjostru. F’din il-bitha kienu jsiru ezercizzji mis-suldati rumani. U fiha jghaddu bosta hin liberu taghhom jilghabu. L-arkeologija tat ragun lil San Gwann. Instabu  cangaturi twal zewg metri b’metru u nofs wiesgha  bu hxuna ta’ 50 centimetru. Fuq dawn l-istess cangaturi jidhru tahziz ta’ loghob ruman. Immela il-kelma Litòstrotos u Gabbata ghandhom tifsiriet differenti u ma jirreferux ghall-istess imkien.Fil-kaz taghna Gesu’ kien fil-pretorju ta’ Ponzju Pilatu fejn l-Iben ta’ Alla deher ghall-process fil-ghodu kmienu fil-jum tal-Gimgha.

GESU' QUDDIEM PILATU

Lil Pilatu gharrfuh li l-kbarat tal-Lhud kellhom bniedem li riedu jixluh u jtuh il-kastig tal-mewt. 

Il-mexxejja kienu ghaqlin bizzejjed biex lil Kristu ma jixluhx dwar it-taghlim tieghu ghax kienu jafu tajjeb li Pilatu ftit li xejn kien jimpurtah mir-religjon taghhom u l-ligijiet taghha. Ghalhekk kienu bizzejjed furbi biex lil Kristu jixluh li hu ghamel ruhu l-Messija u mexxa taghlim li l-harag lil Cesare ma jithallas. Ghal din l-akkuza Pilatu ma setghax jaghlaq ghajnejh u jqisha xejn.  Kien fatt storiku li meta r-rapprezentanti ta’ Cesare kienu jhabbtu wicchom ma’ cirkustanzi simili kontra l-imperatur ta’ Ruma, allura huma kienu pronti biex jiehu azzjoni minghajr ma jqisu r-rispett lejn il-hajjiet tan-nies. Pilatu ordna lis-suldati biex idahhlu lil Gesu’ gewwa halli hemm jistharrgu bil-kwiet u aktar ma staqsa fuq is-saltna ta’ Gesu’ aktar ikkonvinca ruhu li Kristu kien bla htija. Is-saltna ta’ Kristu ma kienitx wahda ta’ din id-dinja izda wahda spiritwali u ghalhekk ma kienitx ta’ periklu ghas-seta’ ta’ Cesare. Pilatu hareg quddiem il-folla li kienet maghmulha mill-kbarat tal-Lhud u rgiel u stqarr li fi Kristu ma jara ebda htija.

Il-Lhud infexxew jghajjtu li Kristu haqqu l-mewt ghax xewwex il-poplu, “ibda mill-Galilea sa hawnhekk.” Meta Pilatu sema’ hekk 

ra li l-kaz ma kienx ta’ idejh ghax il-Galilea kienet taqa’ taht il-gurisdizzjoni ta’ Erodi. L-ahjar li jibghatu ghand Erodi minkejja li Pilatu u Erodi kisru l-hbiberija taghhom. Haseb Pilatu li jekk jikkundannah hu, l-glied bejnithom ikompli jikber. Ghalhekk baghtu mghasses tajjeb ghand Erodi Antipas.

© Copyright il gimgha mqaddsa