MINN FEJN JIGI L-IRMIED LI JINTUZA FIC-CEREMONJA TA’ L-ERBGHA TA’ L-IRMIED?


“Ftakar li trab kont u trab terga’ issir.”

“Indem u emmen fil-bxara t-tajba.”

Fil-jum ta’ l-Erbgha ta’ l-Irmied miljuni ta’ Kattolici madwar id-dinja jisimghu wahda minn dawn iz-zewg barkiet hekk kif il-qassis japplika l-irmied fuq mohhom fil-forma tas-sinjal tas-salib.

Imma precizament minn fejn igibuh dak it-trab ta’ l-lewn iswed jew griz? Skont l-istruzzjonijiet tal-Missal Ruman, l-irmied ghandu jigi mill-hruq ta’ frieghi taz-zebbug jew palm li jkunu ntuzaw f’Hadd il-Palm is-sena ta’ qabel.

Dawn il-frieghi jinharqu fi trab fin hafna u fl-Istati Uniti dan l-irmied jigi mhallata ma’ ilma imbierek jew zejt tal-Grizma biex isir tahlita ratba ta’ pasta. F’partijiet ohra tad-dinja, l-irmied jigi imxerred fuq ir-ras minflok li jintghamel forma ta’ pasta.

Fr. Dan Folwaczny li huwa sacerdot fl-arcidjocesi ta’ Ghicago u jaqdi dmirijiet ta’ assistent kappillan fil-parrocca ta’ San Norbertu jistqarr li l-parrocca tieghu tordna l-frieghi tal-Palm u Zebbug u wara li jitqassmu lill-parruccani, jintrefa’ dak li jifdal f’xi garage ghas-sena ta’ wara. Imbaghad f’jum qabel l-Erbgha ta’ l-Irmied, ” inqieghdu l-Palm go recipjent fuq iz-zuntier u inqabbduh wara li nghidu xi talb.”

Procedura simili issir f’parrocci ohra.

IL-BEJJIEGHA TA’ L-IRMIED

Filwaqt li hafna parrocci jiehdu l-opportunita’ biex juzaw il-palmi tas-sena ta’ qabel, il-Knisja thalli fil-liberta’ li dawk il-parrocci li jridu jixtru l-irmied, jistghu jaghmlu hekk. Fr Joseph Faulnker, sacerdot fid-djocesi ta’ Lincoln jghid li hu jixtri l-irmied minn ghand agenti li jbieghu artikoli u oggetti religjuzi. U dan jaghmlu biex jevita li l-irmied li jkollu jkun ta’ livell irhis u baxx.

Wiehed mill-agenti li jissupplixxi l-irmied huwa Gerken Religious Supplies. Mike Gerken wiehed mill-ko propretarji jghid li hija arti li tahraq il- palm biex ikollok l-irmied u irmied ta’ certa klassi u mhux tal-habba gozz.

“ Biex ikollok l-irmied mhux bizzejjed li tahraq il-palm imma li thalli l-palm jinharaq minghajr ossignu u hemm hu fejn ikollok il-veru irmied iswed bhal faham.”

© Copyright il gimgha mqaddsa