IL-KURCIFISS

Fi zminijiet tar-Rumani, il-krucifissjoni kien kastig kapitali komuni riservat ghal iskjavi u kriminali l-aktar horox. Probabilment kienet esegwita b’mod differenti minn kif narawha fl-arti. Fuq il-post ta’ l-esekuzzjoni l-arblu wieqaf tas-salib kien ikun diga’ imwahhal fl-art u hekk ikun jista’ jintuza’ ghal hafna drabi.


L-ikkundannat kien misjuq lejn il-lok ta’ l-esekuzzjoni jgorr biss il-parti orizzontali li maghha idejh kienu jkunu marbuta biex jevitaw kull resistenza. Malli jaslu idejh jew il-polz kienu jigu msammra mat- trufijiet tal-parti orizzontali u mbaghad imtella mal-parti wieqfa, imwahhla fl-art. Il-parti orizzontali setghet tistrieh fuq il-quccata ta’ l-arblu wieqaf hekk li jifforma l-ittra T jew kien imqieghed ftit ‘l isfel hekk li kien jifforma s-salib familjari maghruf bhala crux immissa ( fejn il-parti minduda tghaddi u taqsam il-parti wieqfa. F’kull kwalunkwe kaz l-bicciet kienu jkunu marbuta u mizmuma minn xi forma ta’ hbula. Finalment is-saqajn kien jigu msallab mal-parti wieqfa.

Fi zmien meta l-kristjanezmu kien projbit mir-Rumani, il-krucifissjoni kienet rapprezentata simbolikament bil-haruf ta’ Kristu jzomm is-salib. Anke wara l-periodu ta’ Kostantinu meta l-insara kellhom il-permess li jipprattikaw ir-religjon minghajr ebda xkiel, is-salib kien prezentat minghajr il-figura ta’ Kristu.

Mal-medda taz-zmien, il-pitturi kienu juru lil Kristu fuq is-salib wahdu; dawn ix-xbihat kienu ghajnuna ta’ devozzjoni ghat-talb u mhux stampi tax-xena tal-mewta ta’ Kristu.

Pitturi ohrajn jirrakontaw l-istorja tal-krucifissjoni: huma mizghuda bin-nies. Artisti ta’ zmien ir-Rinaxximent kienu jghoxew ipittru l-figuri mill-evangelji u hekk saru haga permanenti fil-pittura: il-Vergni Marija Addolorata, San Gwann, l-Evangelista, ic –centurjun, is-suldat bl-isponza, is-suldati jilghabu x-xorti……..

Ghal sekli shah Kristu kien muri haj u b’ghajnejh miftuha, Salvatur triumfanti liebes kuruna rjali. Fil-11 il-seklu l-istil ta’ Gesu’ mislub tbiddel: kien muri b’rasu mitfuha fuq l-spalla u liebes kuruna tax-xewk.

Fl-arti sas-seklu 13 in-numru ta’ imsiemer kien erba (wiehed kull id, u iehor ghal kull rigel) imma wara din l-epoka Kristu kien muri mislub bi tliet ( wiehed kull id u wiehed ghaz-zewg riglejn).

Il-Vangelu ta’ San Gwann jghidilna li Pilatu kiteb il-kundanna ta’ Kristu bi tlet lingwi, Aramajk, Latin u Grieg filwaqt li l-pitturi tar-Rinaxximent juru l-kundanna bil-Latin biss jew fil-qosor INRI.

Skond l-uzana Rumana Kristu kien mislub minghajr hwejjeg izda l-Knisja ghar-ragunijiet ta’ onesta’ u qima lejn il-purita’ ta’ l-Iben ta’ Alla riedet li kull xbiha ta’ Kristu mislub ikollu terha madwar gembejh.

L-artisti jiddistingwu bejn il-hallelin imsallbin ma’ Kristu: lill- halliel li Kristu wieghdhu l-genna jlibbsuh espressjoni pacifika filwaqt li l-halliel xellerat li dagha bi Kristu juruh b’espressjoni ta’ dannazzjoni. L-ismijet tal-hallelin Disma (tajjeb) u Gestas (hazin) huma mehuda mill evangelju apokrafu ta’ San Nikodemu.

© Copyright il gimgha mqaddsa