MARIJA ADDOLORATA

Sebgha kienu d-duluri
illi tertqu qalb Marija
qalb minfuda b'sejf in-niket
qalb li tnixxi dmugh u dmija.

O kemm kellha ssofri, tbati,
din il-Omm Addolorata
taht salib Binha, imdendel
minn kuhadd abbandunata!

Xejn ma bezghet timxi, itterraq,
wara binha fit-tbatija
fost l-insulti u l-ghadab kiefer
u kull xorta ta' mohqrija.

Min jaf x'hasset din l-Omm taghna
b'Binha mejjet go dirghajha
wiccu mbengel kollu griehi
gisem shun, izda bla hajja.

Minn fuq is-salib imperrec
hekk kif kien bejn sema u art
lil Marija tana b'Ommna
biex tfejjaqna minn kull mard.

O Marija tad-Duluri
b'rieda soda nweghduk
li dan niket intaffulek
u b'qalb niedma nhobbuk.

Lil Gesu' ibnek wahdani
le ma nzidu noffenduh;
bibien qalbna nberrhulu
hemm ghal dejjem inqeghduh.


poezija miktuba minn Kav Joe M Attard

© Copyright il gimgha mqaddsa