QUDDIEM IL-VARI TAT-TBATIJA


IL-VARA TA' KRISTU FIL-GNIEN TAL- GETSEMANI


L-ahhar ikla ma’ l-Appostli
Il-Hamis qabel ma miet

Ghamel Kristu u b'ikel taghna
Gismu u Demmu jaghti ried.

Wara c-cena, meta dalam
Sabiex jitlob mar fil-gnien,
Mill-appostli kemmxejn tbieghed
Deher imnikket u hosbien.

Qalb is-sigar fl-art intefa'
Lill-Missier talab bil-hegga
Bid-dnubiet ta' gens il-bniedem
Kellu qalbu wisq imweggha.

Dell il-mewt ra riesaq fuqu
Hassu mbezza' u fl-akbar hemm
Tal-imrar accetta l-kalci
Gharaq gismu qtar id-demm.


 

IL-VARA TA' KRISTU MARBUT MAL-KOLONNA


Ghand Pilatu, kaxkru lil Kristu
B'kemm il-haga bdew jixluh
Il-mexxejja tal-lhud kiefra
Xewqanin li l-mewt jaghtuh.

Meta sema' ix-xiehda ntebah
Li tal-mewt ma kellux htija
Izda qabbad lis-suldati
Isawtuh bl-akbar hruxija.

Is-suldati 'l Kristu nezzghu
Mal-kolonna idejh rabtulu
Tawh bil-vireg u bil-hbula
Gismu kollu girehi ghamlulu.

Bhal haruf mehud ghall-qatla
Fis-skiet Kristu l-ugiegh garrab
Tad-daqqiet u swat bla razan
Il-kolonna b'demmu xarrab.



 

KRISTU NKURUNAT BIX-XEWK

Mantell ahmar libbsu 'l Kristu
Qasba niexfa qieghdu f'idu
Is-suldati biex jiddiehku
Ma'l-ugiegh, zeblieh izidu.

Ta' l-ghollieq nisgu kuruna
Madwar rasu xessewhielu
Ix-xewk nifed sa go l-ghadam
Anke wiccu tilef gmielu.

Ta' sultan tac-cajt imlibbes
Kristu laqa' kull zeblieh
Tawh bil-harta, bezqu f'wiccu
U tghajjir sema' qatigh.

Kollox garrab bl-akbar sabar
Ghand Pilatu hekk resquh
Ghal Barabba talbu mahfra
Mewt lil Kristu riedu jtuh.


 

KRISTU MGHOBBI BIS-SALIB

 

Idejh hasel u qalilhom
L-ebda htija ma nsib fih
Ried Pilatu 'l Kristu jehles
Izda l-lhud hebbew ghalih.

"Sallbu, Sallbu," b'lehen wiehed
Imxewxin talbuh il-lhu
Hekk Pilatu ta sentenza
illi msallab kellu jmut.

Mghasses sewwa mis-suldati
Bl-ghuda tqila tas-salib
Gesu' mghobbi, tal-Kalvarju
Mexa' it-triq, b'ommu fil-qrib.

Fiha waqa' kemm-il darba
Ghenu Xmuni c-Cirinew
Is-suldati bla moghdrija
Bis-swat taghhom lilu fnew.


 

KRISTU MEJJET FUQ SALIB


Fuq il-gholja tal-Kalvarju
Sammru 'l Kristu mas-salib
Hdejh bil-wieqfa kien hemm Ommu
Gwanni wkoll l-ikbar habib.

Ghal min haqru talab mahfra
Lill-halliel il-Genna wieghdu
Ghaliex nidem minn htijietu
Wera Kristu b'dan setghetu.

Mejjel rasu u harget ruhu
Kristu msallab miet ghall-bniedem
Waqghet dalma, is-sisien trieghdu
Mahfra kiseb min kien niedem,

Suldat minnho, li kien ghassa
B'lanza 'l Kristu nifed f'qalbu
Qattru minnha Demm u Ilma,
Emmnu hafna f'Dak li sallbu.


© Copyright il gimgha mqaddsa