IL-PURCISSJONIJIET TAL-GIMGHA MQADDSA GEWWA GAUDIX

DAHLA

Il-Gimgha Mqaddsa gewwa Gaudix ghandha partecipazzjoni qawwija mic-cittadini tal-belt, fejn it-tradizzjoni tinghaqad mall-fidi.

L-origini tal-Gimgha Mqaddsa tmur lura lejn is-sittax u s-sbatax-il seklu, meta, wara li r-rejiet kattolici rebhu l-belt, giet stabbilita ordni religjuza gdida li kienet tiffavorixxi l-attivita’ tal-Gimgha Mqaddsa. L-immagini li bdew jidhru kienu mutur biex joffru taghlim dwar il-hajja ta’ Kristu, Marija u l-qaddisin, lis-socjeta’, li kienet xotta mit-taghlim religjuz. In-nies bdew jingabru madwar xi xbiha devozzjonali u bil-mod il-mod bdew jitwieldu assocjazzjonijiet jew fratellanzi. U fit-18 il-seklu l-Gimgha Mqaddsa hadet ix-xehta li hija l-lum, bic-centri tal-fratellanzi jkun il-knejjes ta’ San Duminku, San Frangisk u San Sebastjan.

Id-dsatax- il seklu gab mieghu hafna taqlib politiku u l-ghoxrin seklu dahhal lill-fratellanzi fi krizijiet li ma tantx fiequ maljar minnhom. Is-sena 1980 u s-snin ta’ warajhom gabu fejqan u tigdid lill-fratellanzi, hekk li kibru fin-numru ta’ imsiehba u fil-patrimonju taghhom. Mijjiet ta’ persuni ssiehbu fis-sittax-il fratellanza li jahdmu bla heda gewwa Gaudiz biex jisguraw li l-patrimonju religjuz jibqa’ haj. Il-fratellanzi kollha huma mharsa mill-parrocci, ghandhom finanzi bizzjjed biex jimxu ‘l quddiem u ma jkunu ta’ piz fuq hadd u fuq kollox huma l-membri ta’ kull fratellanza li tmexxi hwejjigha bil-mod kif tara l-ahjar u ghall-gid taghha.

Dawn is-sittax il-fratellanza huma maghquda taht Bord imsejjah l-Bord tal-Fratellanzi, imwaqqaf sa mis-sena 1953 li jirrispetta l-funzjoni ta’ kull fratellanza u jara li kollox jiffunzjona sew. Il-fratellanzi jipprocessjonaw matul il-Gimgha Mqaddsa, kull fratellanza skont il-jum assenjat lilha. Jipprocessjonaw bi statwi li x-xbihat taghhom huma ta’ xoghol ta’ kwalita’ tajba gholja, b’hafna mix-xbihat mahduma bejn it-tmintax u d-dsatax il-seklu.

Kwazi kollha ghandhom il-banda muzikali taghhom, ghalkemm xi whud jipprocessjonaw fi skiet perfett.

Gaudix taf toffri lil min izurha prezentazzjoni mill-aqwa.

NISTIEDNEK TARA DAWN IS-SLIDESHOWS BIEX TIFHEM IL-PATRIMONJU SABIH LI GHANDHOM DAWN IL-FRATELLANZI.

© Copyright il gimgha mqaddsa