ORTE 

Fil-lokalita' ta' Orte fil-provincja ta' Viterbo, issir wahda mill-processjonijiet l-aktar antiki fl-Italja. Fit-toroq tal-belt il-konfraternitajiet jipprocessjonaw flimkien u jgorru fuq spallejhom slaleb u simboli ohra tal-passjoni ta' Kristu Gesu'.


Maghhom jiehdu sehem penitenti libsin il-konfratija u barnuz f'rashom, ta' diversi kuluri biex juri ta' liema konfraternita' huma jappartienu. Jimxu hafjin u ma' saqajhom jgorru l-ktajjen.


Imma tispikka hafna l-attivita' ta' bil-lejl fejn grupp ta' Marijiet lebsin l-iswed jiehdu sehem fil-purcissjonji funebri ta' Kristu Mejjet. Dawn il-Marijiet huma grupp ta' nisa li libsu skur biex juru l-luttu taghhom ghat-tragedja l-kbira, fejn fiha Kristu halla hajtu mislub ma' salib ghal l-imhabba taghna.

FTIT TA' L-ISTORJA

Il-purcissjoni gewwa Orte Lazio, mhix folklor jew spettaklu, izda biss fidi u talb.

Nhar il-Gimgha l-Kbira f'Orte fil -provincja ta' Viterbo tigi ccelebrata l-eqdem purcissjoni fit-Toskana , izda jinghad li tista' tkun ukoll l-eqdem fl-Italja. L-gheruq taghha jmorru lura ghall-bidu tas-snin 1200, meta l-Konfraternitajiet Riuniti ta’ Orte taw bidu ghal dimostrazzjoni. Hemm seba’ fratellanzi prezenti fil-belt, kull wahda bil-knisja ta’ referenza taghha, u li huma distintiminn xulxin bil-kuluri tat-tunici u l-barnuzi taghhom. Il-gruppi jiltaqghu fil-pjazza tac-centru storiku biex jaghtu hajja lill- purcissjoni li taqsam il-belt kollha. Il-fjakkli tac-Cireni biss idawwal it-toroq u l-uniku storbju li jikser is-skiet huwa l-hoss tal-ktajjen mal-art, marbutin mal-ghekiesi tac-Cireni jaghmlu penitenza.

Fis-sena 1627, l-isqof Fabbrani ried li l-purcissjoni ssir biss bl-istatwa ta’ Marija Addolorata ghax skont hu fl-Iskrittura Mqaddsa ma jissemma ebda tebut izda li Kristu miet u gie midfun. Sa qabel it-tibdil li ried l-isqof, il-fratelli ta’ Santa Croce, bis-sehem ta’ fratellanzi ohra, garrew b’devozzjoni fuq spallejhom biss ix-xbieha ta’ Kristu, imqieghda fit-tebut.
Ghalhekk l-Isqof iddecieda li tingarr ix-xbieha tal-Madonna tad-Duluri fil-purcissjoni minflok it-tebut.
In-nies ta’ Ortani laqghu l-Addolorata b’devozzjoni, izda ma setghux isibu l-paci ghax kellhom icedu l-purcissjoni kif ordnalhom l-isqof. 


Gara li wara l-mewt ta’ Fabbrani, il-purcissjoni, b’tebut sabih gdid, regghet bdiet issir aktar solenni u kommoventi minn qabel, minhabba, ukoll, l-prezenza tal-Vergni li takkumpanja l-purcissjoni liebsa b’luttu. Ghalhekk m'hemmx dubju li t-tebut li ghadna nammiraw illum huwa marbut ma' din ic-cirkustanza, u jista' jigi assenjat ghat-tielet decennju tas-snin 1600. 

It-twettiq tal-purcissjoni jsegwi regoli ritwali, stabbiliti mit-tradizzjoni, li jridu jigu rispettati b'mod strett.  Il-Konfraternitajiet, fuq stedina tar-rettur ta’ Santa Croce, ihallu l-knejjes rispettivi taghhom biex jippartecipaw fil-purcissjoni tad-Difna Mqaddsa, kulhadd jimxi skont l-anzjanita’ tieghu. Il-purcissjoni tkun preceduta minn tfajla ggorr il-velu bil-wicc ta’ Kristu. Din tirraprezenta lill-Veronika. 

Fil-pjazza l-purcissjoni tieqaf u tifforma forma ta’ qalb u gewwa l-qalb jitpoggew it-tebut ta’ Kristu mejjet u x-xbieha tal-Madonna, ommu. 

Isir hsieb spiritwali, kant u talb u tkompli l-purcissjoni biex tintemm minn fejn bdiet, il-knisja ta’ Santa Croce.

Hemmhekk jitqassam il-hobz tal-Gimgha l-Kbira fost l-ahwa li ppartecipaw fir-rit, bhala sinjal ta’ fratellanza.




© Copyright il gimgha mqaddsa