IL-KURUNA TAX-XEWK

 

 DOKUMENTAZJONI MILL-EVANGELJU:

Is-suldati jżebilħu lil Ġesù


[Ġw:19:2] Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur.[Ġw:19:3] U bdew ġejjin quddiemu u jgħidulu: "Is-sliem għalik, ja sultan tal-Lhud?" U bdew jagħtuh bil-ħarta.

[Mt:27:27] Mbagħad is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-Pretorju, u ġabru quddiemu lil sħabhom kollha.[Mt:27:28] Neżżgħuh, u xeħtulu fuqu mantar aħmar skur;[Mt:27:29] qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa mix-xewk u qasba f'idu l-leminija, nxteħtu għarkubbtejhom quddiemu, u qagħdu jiddieħku bih u jgħidulu: "Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud?"[Mt:27:30] Beżqu fuqu, u ħadulu l-qasba minn idu u bdew jagħtuh biha fuq rasu.[Mt:27:31] Mbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu l-mantar u xeddewlu ħwejġu.

Hemm dokumentazzjoni li l-kuruna tax-xewk kienet go Gerusalemm fis-sena 409 AD. Giet trasferita ghal Konstantinopli fis-sena 1063 ghalkemm jidher li ix-xewk tnaqqru u gew ippresentati lil diversi slaten ta' l-Ewropa xi zmien qabel. Fis-sena 1238 Baldwinu II l-Imperatur 
ta

' Konstantinopli herqan li jakkwista xi forma ta' ghajnuna ghal imperu dghajjef tieghu offra l-kuruna tax-xewk lil Lwigi IX re ta' Franza li bena Kapella apposta ghaliha. Matul ir-rivoluzjoni Franciza il-kuruna tax-xewk inzammet gewwa il-Biblioteka Nazzjonali sas-sena 1806 meta il-fdalijiet minghajr xewk gew depozitati fil-Katidral ta' Notre Dame f'Parigi. 

Fost ix-xewk imqassam mill-kuruna tax-xewk ta' Kristu hemm tnejn minnhom mizmuma b'devozzjoni l-aktar kbira, wahda fil-katedral ta' Puglia, gewwa Andria u l-ohra fil-knijsa ta' San Giovani Bianco fil-post li jgib l-istess isem qrib Bergamo fir-regjun tal-Lombardija, Italja.

Fuq wicc iz-zewg xewkiet li huma bejn 7 u 8 centimetri twal hemm tbajja suwed ta' demm. Meta il-jum tal-Gimgha Mqaddsa jahbat fit-25 ta' Marzu il-festa tal-Lunzjata, it-tbatjja jbiddlu l-kulur taghhom u jiehdu dehra ta' kulur ahmar bhad-demm u qtar zghar ta' demm jingemgha madwar ix-xewk. Dan idum tlett ijiem u wara t-tielet jum ix-xewk jirritornaw ghan-normal. Dan il-fatt gara quddiem diversi nies li jahilfu li ma kienx hemm xi intervent uman. L-ahhar li dan gara kien fis-sena 2005 u mistenni li jerga' jsehh fis-sena 2016 u imbaghad fis-sena 2156. Zewg mumenti importantis
simi fil-hajja tas-Salvatur huma l-Inkarnazzjoni u il-mewt tieghu fuq is-salib, il-Fidwa. L-inkurunazzjoni hija wahda mit-tbatijiet l-aktar kiefra li garrab il-Mulej, meta wiehed jiftakar li fir-ras hemm madwar 144 nervituri kull centimetru kwardu, li huma sensitivvi ghal-ugigh. Il-Lizar ta' Turin juri dan il-fatt bil-provi. Ir-relikwija gewwa Andria hija mizmuma bl-akbar ghozza f'relikwarju moghti mill-kontesa Beatrice d'Angio. bint Karlu II, bhala rigal fis-sena 1308 fl-okazzjoni taz-zwieg taghha ma Bertrand Del Balzon, iben Ugo, konti ta' Andria.

Hemm dokumentazzjoni li sa mis-sema 1495 , xewka ohra mill-kuruna tal-passjoni ta' Kristu, li lejha hemm qima u devozzjoni mill-aktar, diga kienet tezisti gewwa San Giovanni Bianco. Vistallo Zignomi, suldat mercenarju fis-servizz tar-Republikka ta' Venezja gabha hawn wara li fil-battalja ta' Fornovo li sehhet f'Lulju 6, 1495, kontra l-armata ta' Karlu VIII re ta' Franza, irnexxilu jahtaf taht idejh kaxxa mimlija relikwiji. Qabel ma pprezentaha lir-Republika ta' Venezja huwa kien diga nehhi wahda mix-Xewk Mqaddes u taha rigal lill-kappillan ta' San Giovanni.

Jinghad li fis-sena 2005 din-ix-xewka wkoll biddlet il-wicc taghha nhar is-Sibt 2 ta' April waqt l-ahhar mumenti tal-pontifikat ta' Gwann Pawlu II u aktar thammret fit-3 ta' April.


© Copyright il gimgha mqaddsa