IL-QABAR TA' KRISTU

 

 IL-QABAR TA' KRISTU

Il-knisja tal-Qabar ta' Kristu tinsab mibnija fil-belt il-qadima ta' Gerusalemm fuq il-post fejn Kristu Gesu' gie mislub ghalina l-bnedmin. Hija post ta' importanza liema bhalu ghaliex kien centru ta' pellegrinaggi sa mill-anqas ir-raba seklu u ghadu centru ghal dawk il-pellegrini li jmorru Gerusalemm biex itemmu vjagg imqaddes.

Ewsebju jirrakonta li dan is-sit, post ta' qima u devozzjoni ghall-insara minhabba li hemm sehhet il-grajja tal-fidwa taghna, gie imwitti biex fuqu jimbena tempju lil alla Venus. Imma meta l-imperatur Konstantinu rebah lil ghadu tieghu bis-sahha tas-sinjal tas-salib huwa ordna li dan is-sit jerga' jinkixef u fuqu timbena knisja. Dan jirrapurtah il-Pellegrin ta' Bordeaux li fis-sena 333 halla miktub li bis-sahha ta' l-Imperatur Konstantinu mbniet basilka sabiha hafna.

Il-bini gie meqrud fis-sena 614 bin-nar meta il-Persjani nvadew lil Gerusalemm. Imma fis-sena 630 l-Impeatur Heraclius dahal trionfalment gewwa il-belt imqaddsa u hadem biex jibni mill-gdid il-knsija tas- Santu Sepulkru. Taht il-Musulmani il-bazilka baqghet knisja kattolika. Il-mexxejja ewlenin Musulmani kienu jipprotegu s-siti qaddisa kattolici; iprojbixxew il-qerda taghom u li jintuzaw bhala bini fejn joqghodu n-nies, imma wara rewwixta fis-sena 966 meta il-bibien u s-saqaf gew moghtija n-nar, il-bini originali kien kompletament distrutt fl-10 ta' Ottubru 1009 minn Fatimid kaliff Al-Hakimbi-Amr Allah li farrak u gab fix-xejn il-knisja sal-pedamenti taghha.

Pero' fis-sena 1048 l-Imperatur Konstantinu IX bena numru ta' kappelli b'kundizzjonijiet iebsa mahruga mill-Kaliff. Dawn gew maqbuda mill-kavallieri ta' l-ewwel krucjata fil-15 ta' Lulju 1099 biex jinzammu bhala postijiet ta' talb u devozzjoni. Kien f'nofs is-seklu 12 meta il-krucjati bdew jaghmlu xi tibdil fil-bini. Inkorporaw dawn il-kappelli taht saqaf wiehed. Il-mixja taz-zmien gabet maghha bosta taqlibiet ghal din il-knisja. Saladin rebah lil Gerusalemm fis-sena 1187 u maghha ha pussess ta' din il-knisja ghalkemm bi ftehim mat-tielet krucjata l-insara pellegrini setghu jzuru dan is-sit imqaddes. L-imperatur Frederiku II rebah il-belt u l-knisja minghand il-Mislem wara li lahaq ftehim fit-tlettax il-seklu mad-dinastija ta' Saladin. Pero' fis-sena 1244 kemm Gerusalemm kif ukoll il-knisja kienu maqbuda mit-Torok li qatlu bosta mill-popolazzjoni.

Il-patrijiet frangiskani li lilhom giet afdatha l-kustodja ta' din il-knisja ghamluha xi tigdid fis-sena 1555. Dan il-pussess lill-frangiskani kien rizulatat ta hafna negozjati u offerta ta' sommon kbar lil-awtorita tal-mislem biex il-komunita' nisranija latin gewwa Gerusalemm ikollha residenza uficcjali gewwa il-Bazilka. U din ix-xorti messet li ordini frangiskana bl-approvazzjoni tal-Papa Klement VI.

L-imperu Ottoman ha pusses tal-qawwa islamika mill-Egittu u matul il-periodu ta' bejn 1517 - 1917 il-qawwa Torka ssahhet u zerghet il-herba fil-Mediterran. Iggieldu lill-qawwiet insara u Kostantinopli saret ic-centru tal-qawwa torka. Meta fis-sena 1453 Mohammed II dahal gewwa Kostaninopli pproklama lill-Patriarka Griek bhala il-kap tal-knejjes insara orjentali li kienu jinsabu fl-Imperu Ottoman. Il-Patriarka Theofanju bil-ghajnuna ta' l-arcidjaknu Girgor akkwista firman fis-sena 1633 li kienet datata bl-lura li kienet taghi lill-kommunita' grieka l-jedd fuq il-grotta tat-twlied, l-gholja tal-Kalvarju u il-gebla ta' l-unzjoni gewwa s-santu sepulkru. Girgor stqarr li dan kien qerq u il-qawwiet tal-Lvant flimikien mal-Papa Urbanu VII irnexxilhom li jgbiu null il-firman fis-sena 1636.

Fid-dahla tal-Basilka, wiehed jista jieqaf u jitfa' harstu lejn dik il-gebla li fuqha tqieghed il-gisem mqaddes tas-Sinjur taghna Gesu' Kristu wara li nizzluh minn fuq is-salib. Fuqha qeghduh, u lil gismu dilku bil-fwejjah skond l-uzani tal-Lhud biex wara difnuh. (GV 19, 39)

IL-GEBLA TAD-DLIK



Il-Kappella Frangiskana tal-Krucifissjoni li qieghda fuq in-naha tal-Kalavarju (Gw19:17-18).

IL-KAPPELLA TAL-KRUCIFISSJONI




Il-Blata tal-Golgotha, fejn kien imwaqqaf is-salib ta' Gesu' hija indikata skond it-tradizzjoni taht u madwar l-artal. Dan l-artal japparietni lill Griegi Ortodossi. L-artal in-naha tax-xellug dedikat lil Marija Addolorata huwa tal-patrijiet Frangiskani.

IL-LOK TAL-KRUCIFISSJONI



Il-hakkiem tork ra li dan il-post qaddis ghal insara seta jkun ta' beneficcju imprezzabli ghalih u ghalhekk kien jirkantah lil min kien joffri ghalih l-aktar ammont ta' deheb u flus. Ta min jghid li bejn is-snin 1630 u 1637 biddel l-idejn 6 darbiet u li kieku ma kienx ghal Franza li kienet il-protettur uficcjali tas-siti mqaddsa, il-frangiskani qatt kienu kienu jistghu jsostnu din il-battalja.

Fi zmien meta l-frangiskani kienu mizmuma gol-habs, (1537 - 1540) il-Kopti hadu permess mill-gvern tork biex jibnu artal wara l-Aedicula tas-Santu Sepulkru.

Fis-sena 1644 billi l-Gregorjani ma setghux ilahhqu ma' l-ispejjes tan-negozju ma' l-awtoriota' torka, hallew il-bazilka kif l-istess haga ghamlu l-Abbisini. Il-frangiskani hatfu l-okazzjoni u akkwista parti kbira mill-propjeta li abbandunaw huthom l-ohra. Fis-snin 1669 - 1707 il-Patriarka Dositheus akkwista firman li ittih patrunanza esklussiva tas-santu sepulkru. Izda l-Ewropa ghamlet ir-rapresentazzjonijiet taghha quddiem tribunal specjali tork li investiga l-kaz. Dan wara li stharreg sewwa l-argument taz-zewg nahat, iddegrieta li l-frangiskani jergu jiehdu pussess tas-santu sepulkru u siti ohra gewwa l-bazilka.

Lejn tmiem is-seklu XVII saru xi tiswijiet fil-bazilka mill-frangiskani kif ukoll mill-Armeni u l-Grieki dejjem bil-permess ta' l-awtorita' torka.

F'Hadd il-Palm tas-sena 1767 il-grieki dahlu fil-bazilka tas-santu sepulkru u qajmu pandemonju shih u sahansitra akkuzaw lill-frangiskani li qajmu hafna inkwiet u tahwid. L-awtorita' ottomana minghajr ma stharrget xejn tat pussess tal-bazilka tan-Nativita', il-Qabar tal-Vergni Marija u possessjonijiet kongjunti flimkien mal-Latini ta' xi uhud mill-partijiet tas-santu sepulkru. Minkejja l-appelli tal-Papa Klement XIII lill-qawwiet tal-Lvant, il-firman baqa' dak li kien u minn dak in-nhar ‘l hawn ftit li xejn tbiddel.

Fid-19 il-seklu nar kbir ( 1808) ghamel hsarat kbar lill-Bazilka tas-Santu Sepulkru u r-Russja ghamlet tajjeb lill-komunita ortodossa biex issewi l-hsara hi billi l-frangiskani ma setghux isibu flus bizzejjed ghar-restawr fost il-princpijiet ewropej li kienu imhabbtin hafna bil-gwerrer ta' Napuljun.

Fis-sena 1860, l-ambaxxatur Franciz ghamel tenttativ iehor ghan-nom tal-pajjizi Kattolici biex id-drittijiet frangiskani qabel is-sena 1767 jigu moghtija lura lilhom. Izda r-Russja meta saret taf lil l-awtorita torka kienet ser timmolla, hedded li tikser ir-rabtiet diplomatici mat-Turkija u ghal darba ohra il-firman tas-sena 1862 kien rinforzat. 

© Copyright il gimgha mqaddsa