IL-VELU TA' MANOPELLO

Il-Velu ta’ Manoppello hija relikwija Kattolika ta’ bicca drapp li turi ix-xbiha ta’ Gesu’ mhux mahdum bl-idejn.

Filwaqt li xi whud jirreferu ghall-Velu ta’ Manoppello bhal dak li kien jappartiena lill-mara jisimiha Veronika, ohrajn huma tal-fehema li dan il-Velu huwa l-maktur li bih Guzeppi minn Armatea u Nikodemu jew xi hadd iehor poggew fuq wicc Gesu’ qabel keffnuh fil-lizar u difnuh.

Paul Badde li hu awtur tal-Ktieb “The Face of God” jghid li l-velu kellu bosta ismijiet matul dawn l-ahhar 2000 sena; madankollu l-karattru uniku tieghu baqa’ l-istess.

Badde hu tal-fehema li dan il-maktur li ghalih San Gwann l-Evangelsista jirreferi ghalih fil-vangelu tieghu meta jikteb fuq il-qabar vojt li hu kien ra flimkien ma’ Pietru. Dan il-maktur kien mitni ghalih u kien l-ghata li tqieghdet fuq Wicc Kristu.

Dan il-velu flimkien mal-Lizar kellu jinzamm mohbi fl-ewwel kommunita’ ta’ l-Appostli f’Gersusalemm minhabba r-ritwal li kollox hu mpur dak kollu li jkollu x’jaqsam jew hiereg mill-qabar. U hekk baqa’ sigriet ghal hafna snin.

U dan jispjega l-fatt li dan il-velu kellu ismijiet differenti fil-kors ta’ l-istorja wara li fegg fid-deher xi mijiet ta’ snin wara fil-belt ta’ Edessa ghal ewwel darba.

Fost l-ismijiet differenti li kien hawn xi whud minnhom huma dawn: Il-Velu ta’ Edessa, Ix-xbiha jew l-Ittra tar-Re Abgar, Il-Velu ta’ Camulja, Il-Mandylion, Ix-xbiha mhux maghmulha minn idejn il-Bniedem (bil-grieg acheiropoieton), Il-Velu mitwi f’Erba (bil-grieg tetradiplon) jew kif inhu maghruf il-lum Il-Wicc Imqaddes. Il-Velu tal-Veronika hu l-isem li jigbor fih dawn l-ismijiet kollha.

Il-forma finali tal-leggenda ta’ l-Occident tirrakonta l-istorja ta’ Santa Veronika li resqet tixxota Wicc Gesu’ meta kien fi triqtu lejn il-Kalvarju u bhala tpattija Gesu’ halla x-xbiha tieghu fil-Velu taghha. Il-Veronika u l-velu taghha ma jissemmghux fil-Vangelu ghalkemm fil-ktieb apokrafu ta’ l-Atti ta’ Pilatu jaghti l-isem ta’ din il-mara bhala dik il-mara li kienet tbati mit-tnixxija tad-demm u li Kristu fejjaqha ghall-fidi kbira taghha, meta hija messet it-tarf tal-mantell tieghu. Xi kritici ta’ l-istorja jghidu li l-kelma Veronika hija kombinazzjoni ta’ kliem bil-Latin u Grieg li jfissru “xbiha vera.” Madanakollu din il-grajja kienet parti mill-kultura popolari nisranija ghal sekli shah u hekk ghadha sal-lum meta nimmeditaw l-azzjoni tajba taghha f’wiehed mill-istazzjonijiet tal-Via Sagra.

Wara kwazi 4 sekli mill-ghebien misterjuz tal-velu tal-Veronika, il-Gizwita Germaniz Fr. Heinrich Pfeiffer svela li sab mill-gdid il-velu leggendarju tal-Veronika, li bih din il-mara ta’ qalb tajba xxuttat il-wicc imqaddes ta’ Gesu’ fi triqtu lejn il-Kalvarju. Dan il-Gizwita, professur ta’ l-Istorja ta’ l-Arti Nisranija fl-Universita’ Gregorjana Pontifikali, sab din ir-relikwija fil-Monasteru ta’ Monoppello, fl-Italja, qalb il-muntanji ta’ l-Appenini.

Din il-bicca drapp imtebba’ mizmuma b’ghozza kbira fil-monasteru hija meqjusa bhala relikwija sagra minn Padre Germano, il-kap tal-monasteru tal-Kappuccini. Fr. Pfeiffer jaqbel kompletament ma’ dan it-twemmin fi stqarrija li ghamel quddiem il-gurnalisti.

Il-Velu ta’ Veronika jew Sudarium hija relikwija Kattolika ta’ bicca drapp li turi ix-xbiha ta’ Gesu’ mhux mahdum bl-idejn.

Il-velu li ghandu qisien ta’ 6.5 bi 9.5 pulzieri huwa kwazi bicca drapp trasparenti. Turi xbiha ta’ bniedem bil-baffi, b’xaghar twil u ghajnejn miftuha.

It-tonalita’ tal-kuluri hija fuq il-kannella, ix-xufftejn ghandhom kulur pjuttost fl-ahmar. Il-haddejn ma humiex l-istess, haddej wiehed huwa aktar tond mill-iehor, jidher li hu minfuh konsiderevolment. L-ghajnejn jidhru qed iharsu ‘l fuq u ghalhekk jidher l-abjad tal-bocca ta’ l-ghajn. Il-pupilli ta’ l-ghajn huma kompletament miftuha, imma b’mod irregolari.

L-immagini fuq id-drapp ta’ Manoppello issir invisibbli u dan jiddependi mill-liema angolu wiehed ihares lejn il-velu.

“Il-fatt li dan il-wicc jidher u jghib skond id-direzzjoni tad-dawl kien kunsiderat bhala miraklu fi zmien il-medjuevu. Dan hux pittura. Ma nafux x’materjal hu li jifforma l-immagini, imma hu kulur id-demm,” jghid Fr. Pfeiffer.

Investigazzjonijiet xjentifici maghmula mill-Professur Donato Vittore ta’ l-Universita’ ta’ Bari jikkonfermaw li l-immagini mhux pittura. Jidhru hafna tbajja ta’ kulur ahmar kannella apparentement qtar ta’ demm mill-griehi kawzati minn kuruna tax-xewk.

Ritratti digitali mkabbra tal-velu jirrivelaw li l-immagini hija identika fuq iz-zewg nahat tad-drapp – haga mpossibbli li ssir bit-teknika taz-zminijiet l-imghoddija. Dawn ir-ritratti gew uzati biex jikkomparaw il-velu mal-wicc fuq il-Lizar ta’ Turin li miljuni ta’ insara jemmnu li hu l-kefen ta’ Gesu’. Hemm xebh kbir hafna. L-ucuh ghandhom l-istess forma u l-baffi taz-zewg ucuh jaqblu perfettament.

L-istorja tiddokumenta li dan il-velu kien diga’ jezisti sa mir-raba seklu, imma kien biss fiz-Zminijiet tan-Nofs li gie attribwit lill-Passjoni ta’ Kristu. Mit- 12 il-seklu sas-sena 1506 kien mizmun gewwa l-Vatikan u kien oggett ta’ devozzjoni ghall-pellegrini. Meta parti mill-Bazilka ta’ San Pietru twaqqghet biex tkun mibnija mill-gdid il-velu gheb. Il-possibilta’ hi li nsteraq.

Skont id-dokumenti storici li jinsabu fil-kunvent, jinghad li l-velu wasal gewwa Manoppello fis-sena 1660 minn persuna mhux maghrufa li tah lit-tabib Giacomo Antonio Leonelli.

Ir-relikwija baqghet fil-familja ghal seklu shih u kienet destinata bhala rigal tat-tieg lil Mariza Lionelli, imma dan ir-rigal qatt ma nghata lil Marzia. Fis-sena 1608 ir-ragel ta’ Marzia, Pancrazio Petrucci serqu minn dar missier il-mara tieghu. Ta’ dan l-att wehel il-habs u biex martu tehilsu bieghet il-velu lit-tabib Donato Antonio De Fabritiis halli bil-flus tirriskatta lil zewgha miftugh fil-habs ta’ Chieti. De Fagritiis poggieh bejn zewg hgiegiet u tah bhala donazzjoni lill-Patrijiet fis-sena 1638. Ir-relikwarju zejnuh bi kwadru tal-gewz u sebbhuh bid-deheb u l-fidda.

Fr Pfeiffer ghaddha 13 il-sena jinvestiga u jistudja l-arkivji biex jipprova li din ir-relikwija hija l-istess velu tal-Veronika li gheb fis-sena 1608.

Xi studjuzi ohra ma jemmnux li dak hu l-velu tal-Veronika. Ohrajn fosthom Lionel Wickham, professur tad-Divinta’ gewwa Cambridge huwa aktar posittiv u jghid: “ Pfeiffer seta’ sab l-oggett li kien venerat fiz-zminijet tan-nofs. Ma nwarrabx dan il-fatt, imma jekk dan id-drapp jmurx lura lejn dawk iz-zminijet fejn fihom sehhew il-grajjiet tieghu hija materja ohra.”

Biex wiehed jipprova l-origini ta’ din id-drapp jehtiegu ezamijiet xjentifici ohra. Dawn jistghu facilment jeqirdu d-drapp zghir u delikat minghajr ma jaghtu hjiel bizzejjed tal-misteru li jdawwar il-Velu tal-Veronika.

NOTI OHRA NTERESSANTI:

Fl-1 ta’ Settembru 2006, il-Papa Benedittu XVI ghamel zjara privata gewwa Manopello u zar is-santwarju biex jivvenera l-immagini tal-velu. Huwa ma ppronunzjax ruhu fuq il-fatt li l-Wicc jista’ jkun jew ma jkunx xoghol uman u anqas ma identifikah mal-Velu tal-Veronika.

Vizti ohra li saru minn prelati ekklesjatici huma dawk li saru mill-kardinali Martini u Tarcisio Bertone, Segrtarju ta’ l-Istat Pontificju, fit-3 ta’ Settembru 2003 u fis-27 ta’ April, 2008 rispettivament.

Fis-17 ta’ Dicembru 2005 wasal pellegrinagg mir-Russja.

Bejn il-5 u 6 ta’ Awissu issir il-festa lill-Wicc Imqaddes ta’ Kristu maghruf bhala il Volto Sant.

© Copyright il gimgha mqaddsa