IT-TARAG IMQADDES (LA SCALA SANTA)


L-Scala Santa jew it-tarag mqaddes, fit-tradizzjoni nisranija huwa dak it-tarag li Kristu tela biex jasal fis-sala fejn kellu jsir l-interrogatorju minn Pilatu qabel ma il-hakem ruman baghtu ghall-mewt tas-salib. 

Skond kif jinghad li dan it-tarag gie trasportat minn Gerusalemm ghar-Ruma minn Flavia Giulia Elena, omm l-imperatur Kostantinu I fis-sena 326. Fis-sena 1589 matul il-pontifikat ta' Papa Sistu V, dan it-tarag ingarr mill-Palazz tal-Lateran fejn kien jinsab ghall-post imsejjah Sancta Sanctorum, il-Qaddis tal-Qaddisin, fi pjazza San Giovanni Lateran. L-istess Papa Sisitu V sebbah il-gnub ta' danit-tarag b'affreski bit-tema tat-tbatijiet ta' Kristu. Kull min jitla dan it-tarag ma jistax jitilghu b'saqajh izda gharkubtejh b'sinjal ta' qima u devozzjoni. Aktar tard il-Papa Innocent VIII ordna li dan it-tarag ikun kopert bi twavel tal- gews biex tithares aktar din ir-relikwija li tfakkarna fil-passjoni ta' Gesu'.

In-numru ta' turgien hu 28 u kull min jitilghu gharkubtejh ghandu jahseb fuq it-tbatijiet ta' Kristu, is-Salvatur tal-bnedmin. Kull min jaghmel hekk jakkwista indulgenza plenarja. Meta wiehed jasal fil-quccata tat-tarag, jara kamra imsejha il-Qaddis tal-Qaddisin. Fiha jinsabu fost relikwiji u fdalijiet gejjin mill-Art Imqaddsa.

© Copyright il gimgha mqaddsa