ZJARA DETTALJATA FIS-SANTWARJU TAS-SANTU SEPULKRU- GERUSALEM


IL-KAPPELLA TAL-MADALENA u L-KAPPELLA TA' L-APPARIZZJONI

I L-KAPPELLA TAL-MADALENA


Din il-kappella hija amministrata mill-Latini u dedikata lill-Laqgha bejn Marija Madalena u Kristu Rxoxt. Fuq l-altar hemm statwa tal-bronz moderna li tfakkar din il-laqgha tal-Madalena ma’ l-Imghallem taghha, xoghol tal-frangiskan artist Andrea Martini. Fuq in-naha opposta fil-gholi hemm orgni li jakkumpanja s-servizzi bil-Latini mmexxi mill-patrijiet. L-art hija mahduma mill-gebel abjad u iswed u hija kopja ta’ dik tal-hdax-il seklu.


IL-KAPPELLA TA' L-APPARAZZJONI IL-KAPPELLA TA ’ L-APPARAZZJONI TA’ KRISTU LIL OMMU MARIJA.


Maghrufa bhala l-Kappella tas-Sagrament jew ta’ l-Apparazzjoni ta’ Kristu lil Ommu Marija, dak il-lok jikkommemora din il-grajja li hija rrakontata fil-ktieb apokrafu ta’ San Bartilmew l-Appostlu. L-esistenza ta’ din il-kappella tmur lura sa mill-11 il-seklu u giet resawrata mill-Frangiskani matul is-sena 1980. Hija mzejna bi statwa moderna tal-bronz ta’ l-Istazzonijiet tal-Via Sagra minn Patri Andrea Martini. Lejn il-lemin ta’ l-artal hemm parti mill-Kolonna tal-Flagellazzjoni, meqjuma mill-Latini ghal sekli shah.

© Copyright il gimgha mqaddsa