IL-KAPPELLA TA' ADAM u L-GEBLA TAD-DLIK

IL-KAPPELLA TA’ ADAM

Taht il-kappella tal-Kalvarju, wiehed ghandu jsib il-Kappella ta’ Adam u hija wahda mill-eqdem fil-knisja. Fl-abside wiehed jista’ jara qasma fil-blat. Jinghad li din il-qasma hija kawza tat-terremot li nhass meta Kristu miet fuq is-Salib. It-tradizzjoni tghid li d-Demm ta’ Kristu qattar fuq il-blata u allura feda’ lil Adam li kien mahsub li kien midfun hemm taht. Hija f’din il-Kappella li l-Krucjati difnu lil Goffredu de Bouillon u lil Baldwinu l-ewwel re ta’ Gerusalem. L-oqbra tal-Krucjati gew meqruda mill-grieg ortodossi fi zmien ir-restawr wara l-incident ta’ nirien fis-sena 1808. It-tradizzjonijiet antiki ta’ Gerusalemm huma reprezentati bis-sahha li twaqqfu diversi kappelli li jibdew bil-Kappella ta’ Adam, imbaghad il-Kappella taz-Zeblih ( ta’ Kristu), il-Kappella tal-Qsim tal-Hwejjeg Mqaddsa ta’ Kristu, il-Kappella ta’ Longinu u fl-ahhar il-Habs ta’ Kristu. L-ikonografija griega turi lil Kristu mislub b’ qorriegha ta’ ras taht saqajn Kristu.



IL-GEBLA TAD-DLIK.

Hekk kif tidhol fil-knisja, faccata tieghek, ghandek tilmah il-gebla fejn skont t-tradizzjoni, Guzeppi minn Armatea u Nikodemu qieghdu lil Kristu u hemm dilkuh bil-fwejjah qabel id-difna, skont l-uzu tal-Lhud. Lejn din il-gebla hemm qima kbira kemm mill-Ortodossi kif ukoll mill-pellegrini kollha li jzuru t-tempju. Lejha jersqu, imilu l’ quddiem u gharkubtejhom ibusu l-gebla qaddisa. Il-gebla hija mzejna b’ringiela ta’ tmin lampi u xemghat. Fuq il-hajt fin-naha ta’ wara muzajk juri x-xena tad-difna ta’ Gesu’. 

© Copyright il gimgha mqaddsa