ZJARA DETTALJATA FIS-SANTWARJU TAS-SANTU SEPULKRU- GERUSALEM

IL-KAPPELLA TAL-KALVARJU

Jekk wiehed jitla’ it-tarag wieqaf jasal sa’ l-Altar tal-Kalvarju li huwa mibni fuq il-blata fejn is-salib ta’ Kristu kien wieqaf. Il-blata tidher mill-hgieg minn kull naha ta’ l-artal. Il-pellegrini jistghu jmissuha billi jdahhlu idhom minn go toqba f' diska tal-fidda taht l-altar, il-punt fejn kien wieqaf is-salib skont it-tradizzjoni. Hawn kien il-post fejn il-pellegrini kienu jaghmlu l-weghdiet taghhom billi jqieghdu is-slaleb zghar moghtija lilhom fil-pajjiz minn fejn ikunu gew u minn fejn ikunu bdew il-vjagg taghhom. Il-Kappella hija amministrata mill-Grieg orotdossi u hija mzejna skont it-tradizzjonijiet taghhom bil-lampi u xemghat.


IL-KAPPELLA TAL-KALVARJU



IT-TOQBA FEJN TWAQQAF IS-SALIB U LI FIHA L-PELLEGRINI JQIEGHDU IDEJHOM BHALA SINJAL TA' DEVOZZJONI WAQT LI JGHIDU XI TALB.


IL-KAPPELLA TAL-KRUCIFISSJONI

Kappella ohra li tmiss ma’ dik ta’ l-Ortodossi griegi hija taht l-amministrazzjoni tal-Patrijiet Frangiskani u tikkommemora l-Krucifissjoni. L-artal tal-bronz indurat bil-fidda kien rigal mid-duka tat- Toskanja Ferdinando de’ Medici (1588). It-tizjin u l-muzajk huma xoghlijiet restawrati fl-20 seklu. Muzajk iehor din id-darba fis-saqaf tond juri xoghol tat-12 il-seklu bis-suggett Tlugh is-sema tal-Mulej. Bejn iz-zewg kappelli hemm l-artal tad-Duluri. Il-bust esebit fuq dan l-artal huwa don tar-regina Marija tal-Portugal fis-sena 1778. Tarag iehor wieqaf jiggwida l-pellegrini biex jinzlu isfel.




IL-KAPPELLA TAL-KRUCIFISSJONI AMMINISTRATA MILL-FRANGISKANI 

© Copyright il gimgha mqaddsa