ZJARA DETTALJATA FIS-SANTWARJU TAS-SANTU SEPULKRU - GERUSALEM

IL-QABAR TA' KRISTU u L-KAPPELLA TA' L-ANGLU

IL-QABAR TA’ KRISTU.

Il-Qabar li zamm il-Gisem ta’ Kristu ghal tlett ijiem qabel ma Gesu’ qam minn l-imwiet huwa l-qalba tat-tempju kif ukoll ghal insara kollha li jemmnu fi Kristu.

Lejn in-naha tax-xellug gewwa l-knisja, wiehed jilmah ir-Rotunda ta’ Kostantinu, imsejha Anastasis bil-bini tas-Santu Sepulkru fin-nofs iddominat minn koppla li giet restawrata fis-sena 1997. Serje ta’ tlett kolonni li jalternaw ma’ pilastri jzommu fuqhom arkati. Fuq dawn hemm gallarija, maqsuma bejn il-komunitatjiet Latini u l-Armeni. Il-Qabar ta’ Kristu, matul is-sekli kien oggett ta’ destruzzjonijiet, bini mill-gdid, tisbieh u restawr. L-Edikola, (Edikola hija gejja mill-Latin li tfisser santwarju zghir) kif ukoll hu maghruf il-Qabar, ghandu koppla forma ta’ basla, fuq stil Russu. Jikkonsisti f’passagg qasir, il-Kappella ta’ l-Anglu li twassal sal-kamra zghira tad-dfin fejn hemm il-blata li fuqha tpogga l-Gisem bla hajja tal-Mulej. Il-kommunitajiet kollha religjuzi ghandhom sehem fil-Qabar ta’ Kristu u jinqasam bejnithom biex kull kommunita’ tmexxi s-servizz religjuz taghha. Il-hinijiet tal-Latini huma bejn 4.30 am sat-7.45am.

Fuq kull naha ta’d-dhul ta’ l-Edikula hemm zewg kandelabri tassew kbar mahduma mill-irham bl-iskrizzjoni: Propjeta’ u dedikati lil Kristu mill-Ortodossi Rumani ( Griegi Bizantini). Naturalment din l-iskrizzjoni tfisser ukoll dikjarazzjoni tal-primat grieg fuq l-Edikola. Fil-prezent il-pellegrini jistghu jinnotaw total ta’ tnax-il kandelabri, sitt zghar u sitt kbar, li jappatienu ndaqs lill-kommunitajiet Latini, Ortodossi u Armeni. Il-faccata ta’ l-Edikola hija mzejna b’erba kolonni ta’ l-irham lewn ahmar fl-abjad bil-kapitelli stil Korintjan. Fuq id-dhul ta’ l-Edikola hemm xbiha ta’ Kristu Rxoxt li quddiemu hemm tnax-il lampier jixghelu biz-zejt li huma taht il-kustodja ta’ l-Ortodossi, li huma ukoll responsabbli minn lamper kbir li hu mqieghed quddiem dan il-monument. Fil-qabar fuq il-gebla mqaddsa u fin-nofs hemm koppla zghira li tati l-ventilazzjoni lill-post. Mis-saqaf hemm imdendla 15 il-lampa taz-zejt, li minnhom hamsa jappartienu lil Ortodossi, hamsa lill-Latini, 4 lil Armeni u wiehed lil Kopti.

Bieb baxx jaghti ghall-kamra fejn hemm il-qabar ta’ Kristu. Il-Qabar ta’ Kristu jew is-Sepulkru jikkonsisti f’kamra kwadra imhaffra fil-blat. Skultura fl-irham turi lil Kristu li qam mill-imwiet imdawwar b’erba’ angli, li minnhom tnejn qed jadurawh filwaqt li t-tnejn l-ohra jidhru qed izommu kuruna (fir-ritratt ma jidhrux.)

Is-sepulkru Mqaddes huwa dejjem mixghul bix-xema u 43 lampi taz-zejt jixghelu il-hin kollu; 13 huma propjeta’ ta’ l-Ortodosi, 13 tal-Latini, 13 ta’ l-Armeni u 4 tal-Kopti. Fl-Edikula Mqaddsa l-Ortodossi kuljum jaghmlu s-servizz divin. F’din il-kamra dejjem issib il-prezenza ta’ patri membru tal-ordni monastika tas-Sepulkru Mqaddes biex bhallikieku jharsu d-drittijiet tal-fratellanza f’dan is-Santwarju l-aktar qaddis tad-dinja nisranija.

IL-KAPPELLA TA’ L-ANGLU

Hekk kif wiehed jidhol fl-Edikula, wiehed isib lilu nnfisu fil-Kappella msejha ta’ l-Anglu, b’memorja ghaz-zaghzugh imlibbes b’ilbies abjad li raw in-nisa, bilqieghda fuq il-qabar u li minnu semghu l-ahbar li Kristu ma kienx ghadu hemm ghax qam kif kien qal. Il-kamra hija zghira xi 3.5 metri twila b’4 metri wiesgha. Fic-centru hemm pedestal li ghandu bicca mill-blata li kienet tintuza biex jigi ssigillat il-qabar. Din il-blata kienet ghada shiha sas-sena 1009, meta mbaghad il-knisja giet meqruda fl-istess sena.

© Copyright il gimgha mqaddsa