ZJARA DETTALJATA FIS-SANTWARJU TAS-SANTU SEPULKRU- GERUSALEM


IL-KAPPELLA TA' SANTA ELENA

IL-KAPPELLA TA' SANTA ELENA



Minn naha tal-lvant tat-tempju, tarag jinzel ghall-kappella dedikata lil Sant’Elena. Il-hitan tat-tarag huma miksija bi graffiti ta’ slaleb zghar migrufa matul is-sekli mill-pellegrini armeni bhala xiehda tad-devozzjoni tan-nies lejn is-Salib Imqaddes. Fis-sena 327 l-Imperatrici Elena, omm Kostantinu, giet Gerusalem bhala pellegrina u xtaqet li taghmel tfixxija ghas-Salib Imqaddes. Ir-rakkont storiku jghid li tlett islaleb instabu gewwa cisterna antika flimkien ma’ l-imsiemer ( wiehed minnhom huwa nkorporat fil-kuruna tal-Hadid li tinzamm gewwa l-Katidral ta’ Monza, iehor huwa kustodit fid-Duomo ta’ Milan, filwaqt li iehor jinsab gewwa Ruma). Instab ukoll it-titulus jew il-plakka li fuqha Pilatu kiteb il-kudanna ta’ Gesu’ bi tlett lingwi. Bicca minn dan it-titulus tinsab fil-Knisja ta’ Santa Croce gewwa Ruma. Huwa bis-sahha ta’ miraklu li ntgharaf liema kien is-salib veru. Il-kappella li tmur lura lejn is-seklu 12, ghandha tlett navati b’erba’ kolonni li jzommu fuqhom koppla. Hija propjeta’ ta’ l-Armeni. Sorsi storici flimkien ma’ skavazzjoni arkeologika jikkonfermaw li s-sala kienet tintuza’ ghal xi skop bhala parti mill-progett ta’ Kostantinu. Dejjem fuq stil armen, il-kappella hija mzejna b’lamperi mdendla. Mill-kappella ta’ Sant’Elena wiehed ikompli niezel ghall-kappella tas-Sejbin tas-Salib fejn kull sena fis-7 ta’ Mejju tigi mfakkra din il-grajja, billi relikwa ta’ bicca mill-injam tas-Salib tigi mehuda bi processjoni mill-Frangiskan Padre Custos, sal-punt fejn skont it-tradizzjoni nstab is-salib .

IL-KAPPELLA DEDIKATA LIS-SEJBIEN TAS-SALIB IMQADDES


© Copyright il gimgha mqaddsa