ZJARA DETTALJATA FIS-SANTWARJU TAS-SANTU SEPULKRU- GERUSALEM

ID-DAHLA GHAS-SANTWARJU 



Biex wiehed jasal ghas-Santwarju tas-Santu Sepulkru ( il-Qabar ta’ Kristu) jehtieglu jghaddi mit-toroq dojoq tas-Suq fil-parti l-Qadima ta’ Gerusalem, mimlija bejjiegha tas- souvinirs religjuzi u fwejjah tal-hwawar. Il-pellegrin isib ruhu fi pjazza zghira mdawra bil-bini u quddiemu jilmah is-santwarju bil-faccata tieghu li ghandha zewg bibien ta’ dhul, imma huwa biss tax-xellug dak il-miftuh. Il-bieb tal-lemin huwa mbarrat bil-gebel. 

 Dawn iz-zewg bibien ta’ zmien il-Krucjati, huma msebbha b’lunetti dekorati. Meta temmew il-bini tal-faccata, il-kavallieri ghaqqduha ma’ kampnar imma llum dan hu nieqes billi kien waqa’ fis-sena 1545. Fuq il-lemin, tarag miftuh jiehu lill-vizitatur ghall-bini b’koppla zghira li kienet isservi bhala dhul ghall-Kalvarju. Aktar tard giet trasformata f’kappella amministrata mill-Latini u dedikata lid-Duluri tal-Vergni Mbierka. Fid-dahla taz-zuntier (pjazza) wiehed jista’ jara l-bazi tal-kolonni li kienu jzommu l-arkata tal-Krucjata. Dawn gew imnehhija u mibghuta bhala rigal lil Mecca fis-sena 1244. Fuq in-naha tal-Lvant u l-Punent hemm id-dhul ghall-kappelli tal-Griegi Ortodossi, l-Armeni u l-Etiopji. 

Il-monsateru Grieg jinsab fuq in-naha tal-Lvant. L-uniku access ghas-Santwarju huwa bieb li huwa taht il-kustodja ta’ zewg familji Musulmani, Judeh u Nuseibeh. Dan l-inkarigu ilu gej sa minn zmien Saladin u l-generazzjonijiet taghhom baqghu jharsu dan id-dover. Ta’ kull filghodu u filghaxija huma jifthu u jaghlqu l-bieb tas-Santwarju. Hekk kif wiehed jidhol fis-santwarju hemm bank li kien jintuza’ minn dawn il-bewieba musulmani. Illum dan huwa uzat kemm mill-pellegrini kif ukoll mill-kleru tal-kommunitajiet religjuzi li jservu fis-santwarju.

© Copyright il gimgha mqaddsa