EZERCIZZJU GHALL-KOMPASSJONI TA' MARIJA ADDOLORATA

 

tinghad il-lejl ta' kull nhar ta' Gimgha l-aktar tal-Gimgha l-Kbira

Narrazzjoni - Wara li l-Iben wahdieni tal-Vergni mbierka Marija Santissma gie mqieghed u maghluq  fil-qabar, allura, din flimkien ma' l-appostlu Gwanni u ma' Marija Madalena u mat-twajba nisa l-ohra regghet lura f'darha, fejn ghaddew il-lejl flimkien.

Immaginativa - Kamra fqira, l-armla omm vergni bilqieghda fuq is-sodda. Gwanni, Marija Madalena u  n-nisa l-ohra li assistew ghall-mewt kiefra ta' Gesu Kristu bil-qieghda wkoll fl-istess kamra, kultant iharsu lejn l-Omm Santissma fid-dawl tal-musbieh, f'silenzju l-aktar profond.

Sfilata ta' hsibijiet - Fil-hemda tad-dak il-lejl tassew ta' niket, l-Omm Santissma minghajr ma taghlaq ghajn ma' ghajn ghall-hsibijiet kbar taghha fuq il-mewt tragika ta' l-innocentissmu Binha, f'dik il-velja tilmah ghaddejja sfilata quddiem il-menti taghha haga haga l-hwejjeg kollha, li graw taht ghajnejha mal-jum:-

Folol ta' nies - ghajat - dalma tax-xemx - salib - imsiemer - lanza - suldati - sponza - hbula - bieqja tal-hall - libsa masuma f'erba bicciet - ic-Centurjun - Guzeppi ta' Arimatea - Nikodemu - qabar - lozor - kitba - it-transport ghad-difna - il-gisem divin ippjagat u bla sura fi hdanha.

Tisthajjel li qieghda wieqfa magenb Binha msallab, u tisimghu jitlob ghall-mahfra ta' dawk li sallbuh -  "Missier, ahfrilhom, ghax ma jafux x'inhuma jaghmlu" - li qieghda tisimghu jassigura l-Genna lill-halliel ikkonvertit, li kien canfar lil siehbu li ddisprezza lil Gesu' - meta lil Gesu qallu "Ftakar fiha meta tkun fis-Saltna tieghek" u Gesu wiegbu "Nghidlek is-sewwa li llum tkun il-Genna mieghi" -

•Tisthajjel li qieghda tisma' lill-Iben taghha jghidilha biex tiehu b'iben taghha lil Gwanni, u lil Gwanni jghidlu biex jiehu lilha b'omm tieghu -

•Li qieghda tisimghu jghid lill-Missier tieghu: "Alla tieghi, Alla tieghi ghaliex tlaqtni?" - 

•Li qieghda tara s-suldat iqieghed max-xufftejn ta' Gesu' sponza bil-hall ghall-kelma: "Ghandi l-ghatx" - 

•Tisthajjel li qieghda tisma' lill-binha li qieghed imut f'bahar ta' disprezz u ta' ugighat ighid: "Huwa mitmum" - 

•Tisthajjel li qieghda tisma' l-ghajta l-kbira: "Missier, f'idejk jien nerhi ruhi," u tarah jinkina rasu u jmut..... Oh! X'lejl! 

•Tisthajjel li qieghda tara s-suldati jiksru saqajn iz-zewg hallelin, li kienu msallbin wiehed kull naha magenb Kristu, u li tara wiehed mis-suldati iddefes fil-kustat divin, lanza u jislitha b'carcir ta' demm u ilma - 

•Tisthajjel li qieghda tara lil kulhadd imwerwer bil-biza ghad-dalma u ghat-terremot u jhabbtu fuq sidirhom jirriturnaw lejn djarhom - 

•Tisthajjel li qieghda tara lil Guzeppi ta' Arimatea u lil Nikodemu jehduh minn hdanha, jidilkuh bl-ingwent u jahbuh f'lizar - 

•Tisthajjel li qieghda, bhall-armla ta' Najm fi triqitha ghad-difna ta' binha - Tisthajjel li qieghda tara l-gebla tahbilha l-oggett ta' qalbha ghall-kollox - 

•Tisthajjel li qieghda terga' tara u tisma' kollox fir-ritorn lejn darha minn dawk in-nahiet. Oh! X'lejl ghal Marija Santissma!! X'ripetizzjoni krudila!!

Konkluzjoni - Inti, o midneb, tista' ma tarax kemm huwa ikrah id-dnub u kemm ghandek ragun thobb lil din l-Omm, li permezz taghha gie moghti lilna l-Feddej u s-Salvatur tal-bnedmin? Jista' jkun li ma titghallimx quddiemha sabiex tapprezza s-sofferenzi li jissiehbu necessarjament mal-hajja ta' kull bniedem?


Talba - O Vergni Mbierka, bil-qawwa tieghek aghmel li l-Passjoni u l-Mewt ta' Kristu Ibnek u li d-duluri tieghek ma jkunux bla frott ghalija. Amen.

© Copyright il gimgha mqaddsa