TALBA FUQ IL-PASSI TAL-PASSJONI


Ghaziz Gesu', kollha dieqa waqt l-agunija fil-gnien tal-Getsemani, imxarrab bil-gharaq tad-demm waqt li kont qed titlob, ikollok hniena minna O Mulej.

Ghaziz Gesu', moghti f'idejn il-hziena permezz ta bewsa, marbut bhal halliel u abbandunat mid-dixxipli tieghek, ikollok hniena minna O Mulej.

Ghaziz Gesu' ikkundant ghall-mewt minn Laqgha ingusta, mehud u mixli bhala bniedem hazing quddiem Pilatu, irridikulat quddiem Erodi ikollok hniena minna, O Mulej.

Ghaziz Gesu', imnezza' minn hwejgek u msawwat bla hniena marbut ma' kolonna, ikollok hniena minna, O Mulej.

Ghaziz Gesu, inkurunat bix-xewk, msawwat, u b'ghajnek imghammda, imlibes b'mantar u mzeblah, ikollok hniena minna, O Mulej.

Ghaziz Gesu',ikkundannat ingustament mill-laqgha tal-Kbarat tal-Lhud, mehud bhala bniedem xellerat, u mzeblah mill- hazin Erodi, ikollok hniena minna, O Mulej.

Ghaziz Gesu', mnezza' minn hwejgek u b'mod l-aktar kiefer iflagellat, ikollok hniena minna, O Mulej.

Ghaziz Gesu', inkurunat bix-xewk, imsawwat u b'ghajnejk imghammda, imlibbes bil-porpra u mzeblah, ikollok hniena minna, O Mulej.

Ghaziz Gesu', imxebbah ma' l-infami Barabba, imwarrab minn gensek u ngustament ikkundannat ghall-mewt, ikollok hniena minna, O Mulej.

Ghaziz Gesu', imghobbi bit-toqol tas-salib u mehud fil-post ta' l-esekuzzjoni bhall-haruf ghall-qatla, ikollok hniena minna O Mulej.

Ghaziz Gesu', maghdud mal-hziena, mzeblah bid-dagha u misqi il-hall bl-imbid biex itaffulek l-ugigh, ikollok hniena minna O Mulej.

Ghaziz Gesu' tieghi, mejjet fuq is-salib fil-presenza ta' ommok Marija, minfud bl-lanza f'gembek li minnu hareg demm u ilma, ikollok hniena minna, O Mulej.

Ghaziz Gesu' tieghi, imnizzel u mqieghed fi hadan ommok addolorata, ikollok hniena minna, O Mulej.

Ghaziz Gesu' tieghi, migruh f'gismek kollu u mmarkat b'hames pjagi, midluk bil-fwejjah biex jidfnuk u mqieghed f'qabar gdid, ikollok hniena minna, O Mulej.

O Gesu' nroddlok hajr li tajt hajtek fuq salib minhabba dnubieti. Ikollok hniena minni O Mulej. Ammen.


TALBA LIL GESU' MSALLAB

Hawn jien, o Gesu mahbub tieghi,
mixhut quddiem il-prezenza tieghek,
nitolbok bl-akbar hrara
li tnissel fil-qalb tieghi
sentimenti ta’ fidi, ta’ tama, ta’ mhabba,
ta’ ndiema kbira ta’ dnubieti u ta’ fehma shiha
li ma noffendik qatt izjed;
filwaqt li bl-imhabba u l-hniena kollha
sejjer ingib quddiem ghajnejja
il-hames pjagi tieghek,
nibda minn dak li qal fuqek
il-qaddis profeta David:
“Nifduli jdejja u riglejja,
u ghaddewli ghadmi kollu.”


Talba lil Gesu' Msallab.

O Alla,
l-aktar Gholi u Glorjuz,
dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi.
U sawwab fija
fidi vera,
tama certa
u mhabba perfetta.
Aghtini, Mulej, li nhoss u naghraf lilek
biex naghmel ir-rieda vera u mqaddsa tieghek.

(Talba Quddiem il-Kurcifiss
miktuba bejn 1205 u 1206 San Frangisk )

© Copyright il gimgha mqaddsa