1 STAZZJON:

META SIDNA GESU' KRISTU GIE KKUNDANAT GHALL-MEWT BLA HTIJA

"[Mt:27:22] Qalilhom Pilatu: "U x'nagħmel b'Ġesù li jgħidulu l-Messija?" Weġbuh ilkoll: "Sallbu!'[Mt:27:23] Hu staqsiehom: "Imma x'għamel ħażin?" Huma aktar bdew jgħajjtu u jgħidu: "Sallbu?"[Mt:27:24] Meta mbagħad Pilatu ra li kollox kien għal xejn, anzi li aktarx kienet se tinqala' xi rewwixta, qabad, ħasel idejh fl-ilma quddiem il-poplu u qal: "Jien m'iniex ħati ta' dan id-demm: dan arawh intom?"[Mt:27:25] U l-poplu kollu qabeż u qal: "Demmu fuqna u fuq uliedna?"[Mt:27:26] Mbagħad telqilhom lil Barabba, u lil Ġesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh.

Meditazzjoni L-Imhallef tad-dinja, li ghad irid jigi biex jaghmel haqq minna, qieghed hemm bilwieqfa, disonorat u bla sahha quddiem l-imhallef mundan. Pilatu ma hux bniedem totalment hazin. Huwa jaf li dak li ghandu quddiemu huwa bniedem innocenti u jahseb u jara kif ser jehilsu. Imma qalbu hi maqsuma bejn dak li hu gust u l-interessi tieghu personali. Fl-ahhar jcedi u jirbah l-interess personali tieghu u titwettaq ingustizzja. Anqas dawk in-nies li qed jaghtu biex lil Gesu' jaghtih il-mewt ma huma totalment hziena. Hafna minnhom fil-jum tal-Pentekoste jhossu rimors u jikkonvertu. Imma f'dak il-hin u mument jinqabdu fil-folla li qed tghajjat u trid li Gesu' ikun imnehhi fuq is-salib u jaghmlu bhala. Isibu ruhhom jaghtu ghat-tnehhija tal-bneidem gust. B'dan il-mod il-gustizzja titwarrab u tinghata l-gemb ghax d-dghjufija, u l-biza jiehdu sopravvent fuq dak li hu gust u sewwa. Il-vuci tal-kuzjenza hija mahnuqa bl-ghajjat tal-poplu. Il-hazen jirbah ghaliex jilbes il-qawwa tieghu minn nuqqas ta' decizzjoni soda u gust.

Talba: Mulej inti garrabt sentenza hazina u ngusta minhabba li l-biza ta' x'jistghu nies ohra jahsbu honoq il-vuci tal-kuxjenza. Hekk gara lil bosta innocenti li matul l-istorja tal-bniedem kienu maltratti, ikkundannati u sahansitra maqtula. Kemm il-darba ahna ppreferejna is-success ghall- verita', il-fama taghna ghall-gustizzja? Qawwi l-vuci silenzjuza tal-kuxjenza taghna, semmghalna l-lehen tieghek fil-hajja taghna. Hares lejja kif inti harist lejn Pietru wara li cahdek. Halli l-harsa tieghek tippenetra l-qlubna u indikalna id-direzzjoni li hajjitna ghandha tiehu. Fil-jum tal-Pentekoste inti qanqalt ghall-konverzjoni ‘l-qlub ta' dawk li fil-jum tal-Gimgha l-Kbira cahduk u ghajtu biex inti tkun mislub . B'dan il-mod inti tajt tama lil kulhadd li mill-gdid jerga' jdur lejk u jservi lilek .Dan nitolbuhulek bi Kristu Sidna. Ammen

© Copyright il gimgha mqaddsa