10 STAZZJON -

GESU' IMNEZZA' MINN HWEJGU BIEX ISALLBUH

[Mt:27:33] Meta waslu f'post jgħidulu Golgota, jiġifieri post il-Qorriegħa,[Mt:27:34] tawh jixrob inbid b'taħlita morra; hu daqu, imma ma riedx jixorbu.[Mt:27:35] Mbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti,[Mt:27:36] u nxteħtu bilqiegħda u qagħdu hemm għassa tiegħu.


MEDITAZZJONI

Gesu' hu mnezza' minn hwejgu. Il-hwejjeg jaghtu lill-bniedem il-pozizzjoni socjali tieghu, jaghtuh post fis-socjeta'. Jaghmluh xi hadd. It-tnehhija tal-hwejjeg minn fuq Gesu' jfisser li Huwa ma huwa xejn, semplicement wiehed itturufnat mibghud minn kulhadd. Dan il-mument iffakarna t-tkeccija mill-genna; il-bniedem ikun tilef il-premju etern u gie assenjat il-kastig ta' dejjem, l-infern. Il-bniedem fid-dnub hu persuna ghera mill-grazzja ta'Alla. U ghal darba ohra Gesu' jiehu fuqu din il-kundizzjoni tal-bniedem fid-dnub.

Imnezza' minn hwejgu, Gesu' iffarkna li ahna tlifna l-hajja t'Alla. U kull pass li jiehu Gesu' huwa pass lejn ir-redenzjoni taghna. Hekk hu kif Gesu' jigri wara n-nghaga mitlufa. Is-suldati imbaghad jghaddu biex jaqsmu hwejgu bix-xorti u l-libsa ta' fuqu ma qattghuhiex ghaliex kienet nisga wahda. Jekk il-libsa tas-Sommu Sacerdot, li skond Flavju storiku lhudi fi zmien ir-rumani, kienet minsuga nisga wahda (Flavius Josephus a III 161) anke dik ta' Kristu kienet ukoll minghajr hjata. Hu wkoll hu is-Sommu Sacerdot, il-Veru Qassis Kbir, Imsallab ghalina biex jifdina.

TALBA

Mulej Gesu' inti kont imnezza' minn hwejgek u espost ghall-misthija, hadt fuqek il-misthija ta' Adam u fejjaqtha. Inti hadt fuqek ukoll it-tbatijiet tal- dawk li ghaddejjin mis-sofferenza, ta' dawk li huma mkeccija mis-socjeta'. Inti gibt tifsira li dawk il-hwejjeg li ma kellhomx tifsira. Tghallimna kif Missierek izomm id-dinja kollha f'idejh. Aghtina rispett lejn il-bniedem f'kull stadju tal-hajja tieghu. Zejjinha u libbisna bil-grazzja tieghek 


© Copyright il gimgha mqaddsa