11 STAZZJON -
GESU' MSAMMAR MA' SALIB
[Mt:27:37] U qegħdulu fuq rasu l-kawża tal-kundanna tiegħu, li kienet tgħid hekk, 'Dan hu Ġesù, is-sultan tal-Lhud.'[Mt:27:38] Mbagħad miegħu sallbu żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug.[Mt:27:39] Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajjruh iċaqilqu rashom[Mt:27:40] u jgħidu: "Int li tħott it-tempju u fi tlitt ijiem terġa' tibnih, salva lilek innifsek jekk int l-Iben ta' Alla, u inżel minn fuq is-salib?"[Mt:27:41] Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddieħku bih mal-kittieba u x-xjuħ u jgħidu:[Mt:27:42] "Salva oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-sultan ta' Iżrael! Ħa jinżel issa minn fuq is-salib u nemmnu fih!
MEDITAZZJONI
Gesu' hu imsammar ma' salib. Il-lizar turin jaghtina idea tal-krudelta' immaginabbli ta' din il- procedura. Gesu' ma jixrobx l-imbid imhallat bil-morr biex jghaddi mit-tbatija kollha tal-krucifissjoni. Gismu huwa gerha wahda bhal ma qal Isaija l-Profeta: (Is:53:3) Kien imżeblaħ u mwarrab mill-bnedmin, bniedem li bata u kien jaf x'inhu l-mard, bħal wieħed li n-nies jaħbu wiċċhom minnu, bniedem imżeblaħ, u aħna xejn ma qisnieh u jkompli Salm 22 : (S:22:7) Jien dudu ta' l-art, u mhux bniedem, żebliħ tan-nies, tkasbir tal-poplu.
Ejjew nieqfu quddiem din l-immagini ta' tbatija,quddiem l-Iben t'Alla li qed isofri. Ejjew inharsu lejh waqt il-mumenti ta' tbatija taghna u t-tribulazzjoni li minnhom nghaddu u nifhmuha sewwa li hu dak il-hin li ahna nkunu l-eqreb lejn Alla. Ejjew nitghallmu naqraw li hu jinsab f'dawk il-persuni li ahna spiss nqishom bhala l-iskart tas-socjeta. U hekk kif ahna wieqfa quddiem il-Mulej l-ikkundannat li ma uzax is-setghat tieghu biex jinzel minn fuq is-Salib imma baqa' jbati sa l-ahhar u minnu nitghallmu li nsammru lilna nfusna mieghu billi nirresistu kull tentazzjoni biex nitbieghdu minnu jew ninghaqdu ma' ohrajn biex nichduh, biex inwaqquh ghaz-zuffjett
TALBA
Mulej Gesu'Kristu Inti hallejthom isallbuk mas-salib, mewta krudila, ta' tbatija tal-wahx u tad-dinjita' tieghek. Xrobt il-kalci kollu u accejtajt ir-rieda ta' Missierek. Jalla ahna qatt ma nahribu mit-tbatijiet u dak kollu li ahna msejha ghalih, Ghinna nibqghu fidili lejk. Il-vera liberta hija li niskopru lilek u nghozzuk ghal dejjem.
© Copyright il gimgha mqaddsa