12 STAZZJON -

 KRISTU JMUT FUQ IS-SALIB

San Mattew [27:45] Mis-sitt siegħa 'l quddiem waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa' siegħa. [27:46] U madwar id-disa' siegħa Ġesù għajjat b'leħen qawwi u qal: "Eli, Eli, lema sabaqtani?" Jiġifieri, 'Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?' [27:47] Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu: "Lil Elija qiegħed isejjaħ dan!" [27:48] U minnufih wieħed minnhom mar jiġri, qabad sponża mimlija bil-ħall, waħħalha f'tarf ta' qasba u tah jixrob, [27:49] waqt li l-oħrajn qalu: "Stenna, ħa naraw jiġix Elija jsalvah!" [27:50] Imma Ġesù reġa' għajjat għajta kbira u radd ruħu. [27:54] Iċ-ċenturjun u dawk li kienu miegħu għassa ta' Ġesù, kif raw l-art titheżheż u jiġri dak kollu, mtlew b'biża' li ma bħalu u qalu: "Dan kien tassew Bin Alla!"


MEDITAZZJONI.

Wahhlu il-kundanna ta' Kristu fuq is-salib bil-Griek, Latin u Ebrajk li kienet tghid Gesu' Nazarenu sultan tal-Lhud. Pilatu, l-ingust gvernatur, qieghed jistqarr li Kristu hu tassew sultan. Huwa verament sultan tad-dinja. Billi umilja ruhu, huwa sab ruhu ezaltat. Huwa wettaq radikalment il-kmandament ta' l-imhabba u temm is-sagrificcju tieghu niffsu u b'dan il-mod wera' r-rivelazzjoni tal-veru Alla, Alla li hu Mhabba. Kristu ha fuqu l-mizerja taghna l-bnedmin u salvana. Mewta miet fuq is=salib id-dinja ddallment u l-art trieghdet. U fuq is-salib il-knisja universali, il-knisja ta' kulhadd, il-knisja tal-gentili kellha l-bidu taghha. Ic-centurjun Ruman fehmha din il-verita' u stqar li Gesu' huwa tassew l-Iben t'Alla. Mis-salib Gesu' rebah u r-rebah tieghu tibqa' ghal dejjem.

 TALBA

O Gesu' inti kul hin qed tigi mislub minhabba id-dnub taghna. F'dan il-hin ahna qed nghixu fid-dalma u ma nistghux naghrfuk. F'gieh ir-rebha tieghek Mulej taghna ghinna nsiru nafu il-Wicc tieghek u l-bluha taghna li noqghodu 'l boghod minnek. Ghinna nemmnu fik u minxu warajk f'din is-siegha tad-dlam u htiega. Urina s-salvazzjoni tieghek. Amen

© Copyright il gimgha mqaddsa