13 IL-STAZZJON

GESU' IMNIZZEL MIS-SALIB.

[Mt:27:54] Iċ-ċenturjun u dawk li kienu miegħu għassa ta' Ġesù, kif raw l-art titheżheż u jiġri dak kollu, mtlew b'biża' li ma bħalu u qalu: "Dan kien tassew Bin Alla!" [Mt:27:55] Hemmhekk kien hemm ħafna nisa jħarsu mill-bogħod, dawk stess li kienu mxew wara Ġesù biex jaqduh sa minn meta kien għadu fil-Galilija: [Mt:27:56] fosthom kien hemm Marija ta' Magdala, Marija omm Ġakbu u Ġużeppi u omm ulied Żebedew. Id-difna ta' Ġesù [Mt:27:57] Xħin sar fil-għaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta' Ġesù; [Mt:27:58] mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta' Ġesù. Mbagħad Pilatu ordna li jingħatalu.

MEDITAZZJONI

Gesu' issa huwa mejjet. Mill-ferita tal-lanza li s-suldat Ruman nifdu biha, hareg demm u ilma, tixbiha misterjuza tas-sagramenti tal-Maghmudija u l-Ewkaristija li bihom il-knisja kontinwament tiggedded mill-qalb miftuha tal-Mulej. Is-suldati ma jkissrux ir-riglejn ta' Kristu bhalma ghamlu lit-tenjn l-ohra li kienu msallbin mieghu. Huwa ghalhekk muri lilna bhala il-haruf ta' l-Ghid li lilu ma jitkissrulu ebda ghadma.

Hemm taht is-salib jinsabu dawk li baqghu fidili u habbewh sa l-ahhar. Insibu lil Marija Ssma ommu, oht ommu, Marija Madalena, id-dixxiplu li huwa kien ihobb, Guzeppi d'Armatea, Nikodemu. Inizzluh mis-salib u jqeghduh fi hdan ommu li tikkontempla l-pjagi ta' idejh u saqajh u l-kustat li huma is-sinjal tas-salvazzjoni tal-bniedem.

Guzeppi d'Armatea joffri li jidfnu f'qabar gdid li kien iddestinah ghalih. Ma Guzeppi nsibu lil Nikodemu, membru tas-Sanedrin li ghalkemm ikkundanah ghall-mewt, fi hdanu kien hemm minn jemmen fi Kristu. F'dan il-mument ta' dieqa kbira nsibu ragg ta' tama. F'dan il-lejl ta' imwiet, il-knisja ta' Kristu bdiet tifforma ruhha.

TALBA 

Gesu' inti tinsab bla hajja fi hdan ommok.  Kemm -il darba meta ahna taht is-salib nsejhulek u donnok ma tismaniex u bla ma rridu nghidu li alla huwa mejjet. Fis-siegha tad-dlam ghinna nemmnu li inti tinsab hdejna.  Tabbandunaniex meta ttentati li nqatghu qalbna.  Ghinna nintlew bit-tama fil-mumenti tal-konfuzjoni u nnisslu fina mhabba biex inhaddnuk maghna bhalma ommok qieghda thaddnek maghha. Ghinna lilna, nies semplici u ghorrief, ghonja u fqar biex nirbhu l-bizat taghna u nersaqu lejn il-qalb tieghek mimlija mhabba.


© Copyright il gimgha mqaddsa