14 STAZZJON

 - GESU' MIDFUN F'QABAR GDID

 [Mt:27:59] Ġużeppi ħa l-ġisem u keffnu f'liżar nadif,[Mt:27:60] qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu li kien ħaffer fil-blat, gerbeb ġebla kbira fid-daħla tal-qabar, u telaq.[Mt:27:61] Iżda Marija ta' Magdala u Marija l-oħra baqgħu hemm bilqiegħda biswit il-qabar.

MEDITAZZJONI 

Gesu' umiljat u maltrattat issa jigi midfun bl-inuri kollha f'qabar gdid. Nikodemu jgib tahlita ta' fwejjah, madwar mitt libbra. Ried juri mieghu generozita' mill-ahjar li stea, ghax dak li kien ser jaghmel kien ser jaghmlu ma' Kristu l-iben ta'Alla. Jekk il-generozita t'Alla hija tant kbira li mar jaghtina l-istess Ibnu bhala Salvazzjoni, minn naha taghna xejn ma ghandu jzommna biex nuru l-generozita' taghna mieghu. San Pawl jghallimna li Alla jferrex il-fwieha ta' Kristu permezz taghna. Ahna l-aroma ta' Kristu. (2Kor 2:14) Qalb it-tahsir tal-hwejjeg ta' din id-dinja l-fidi taghna trid tkun il-fwieha tal-hajja t-tajba. Dan nistghu nsibuh biss fi Kristu li huwa l-hobz tal-Hajja u li permezz tieghu ahna nsostnu ruhna biex nuru li ahna ta' Kristu u ta' ebda hadd iehor. Permezz tas-Salib u l-Qawmien tieghu, il-Kelma eterna saret laham u hobz ghalina. Il-misteru ta' l-Ewkaristija ikuni ghalina dawl fid-difna ta' Kristu.


 TALBA  

Mulej Gesu' fid-difna tieghek inti sirt tixbah lill-qamha mitfugha fil-hamrija li biex gabet il-frott mietet imma wara ghamlet frott bil-bosta. Hekk ukoll inti wara l-mewt tieghek, inti offrejtilna gid bil-bosta ghal kull zmien u eternita'. Bhalek ahna rridu nitilfu hajjitana biex insibuha fik. Dan irridu naghmluh bl-imhabba li ahna nsostnu bl-Ewkaristija. Ghinna nsiru bicca minnek u habar lid-dinja kollha l-imhabba li ghandek ghal kulhadd.. Gismek ma rax tahsir. Inti rbhat il-mewt. Inti qomt mill-mewt. Kun inti l-ghajnuna taghna biex inkunu xiehda tal-qawmien tieghek.


© Copyright il gimgha mqaddsa