2 STAZZJON: 

META SIDNA GESU' KRISTU GHABBEWLU S-SALIB U GESU' LAQGHU BIL-FERHA. 

[Mt:27:27] Mbagħad is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-Pretorju, u ġabru quddiemu lil sħabhom kollha.[Mt:27:28] Neżżgħuh, u xeħtulu fuqu mantar aħmar skur;[Mt:27:29] qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġ mix-xewk u qasba f'idu l-leminija, nxteħtu għarkubbtejhom quddiemu, u qagħdu jiddieħku bih u jgħidulu: "Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud?"[Mt:27:30] Beżqu fuqu, u ħadulu l-qasba minn idu u bdew jagħtuh biha fuq rasu.[Mt:27:31] Mbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu l-mantar u xeddewlu ħwejġu. 


MEDITAZZJONI  L-esekuzzjoni u l-implementazzjoni tas-sentenza qed tidhol fis-sehh. Kristu ikkundannat ghall-mewt bilfors issa irid jerfa' is-salib bhal dawk iz-zewg kriminali ohra li ukoll gew ikkundannati bhalu ghall-mewt tal-krucifissjoni. Jghidilna l-profeta Isaija li Kristu kien maghdud mal-hziena. (Is 53:12) Kristu mhux biss jilqa' is-salib izda jhaddnu mal-gisem tieghu li kien ippjagat minhabba s-swat u bid-demm icarcar ma' wiccu. Fih ahna nilmhu dak kollu li habbru l-profeti fuq Iben il-bniedem, verita' proklamata minn Isaija fuq il-qaddej ta'Alla. "Huwa kien imsawwat minhabba dnubietna......u bil-griehi tieghu ahna gejna imfejqin." (Isaija 53 : 5). Fih nilmhu il-konsegwenza ta' dak li ghamel il-bniedem lil Alla. Pilatu qalilhom: Hekk hu il-bniedem) (Gw 19 : 5) Araw x'ghamiltu lil dan il-bniedem. Imma jidher li hemm vuci ohra qed titkellem, vuci li donnha qed tghid: "Araw x'ghamiltu lil dan il-bniedem, Alla taghkom." Gesu' li jsejhulu l-Messija ha is-salib fuq spallejh. U t-triq ghall-mewt bdiet. 

TALBA 

Mulej inti min jeddek baxxejt rasek ghaz-zeblih. Ghinna biex ahna ma nwarrbux harsitna minn dawk li qed ibatu u d-dghajfa. Kun inti l-ghajnuna taghna biex fihom naraw lilek. Jalla ma naqtghux qalbna meta naraw lid-dinja izeblahna ghaliex ahna rridu nghixu skond kif trid inti. Inti garrejt is-Salib u ghidilna maghmlu bhalek. Hekk nixtiequ, naqbdu salibna u nimxu warajk. Imma kultant ngergru u naslu biex naqtghu qalbna. Aghtina l-grazzja tieghek biex naghqdu r-rieda taghna ma dik tieghek divina, ghax minghajrha ma nistghu naghmlu xejn. 

© Copyright il gimgha mqaddsa