3 STAZZJON:

META SIDNA GESU' KRISTU JAQA' GHAL EWWEL DARBA TAHT IS-SALIB.

(Is:53:4) Iżda hu rafa' fuqu l-mard tagħna, tgħabba bin-niket tagħna. Aħna ħsibnieh bħal wieħed ikkastigat, mitluq minn Alla u miġjub fix-xejn.(Is:53:5) Iżda hu kien miġruħ minħabba fi dnubietna, misħuq minħabba fi ħżunitna. Għas-saħħa tagħna waqa' l-kastig fuqu, u bis-swat tiegħu sibna l-fejqan tagħna.(Is:53:6) Aħna lkoll bħal nagħaġ mitlufa, kull wieħed minna qabad triq għal rasu. U l-Mulej xeħet fuqu l-ħażen tagħna lkoll.

Il-bniedem waqa' u jkompli jaqa': hafna drabi jaghmel minnu niffsu haga tad-dahq u ma jibqax aktar xebh t'Alla imma jsir hlejqa bla unur tal-Kreatur. Forsi ma jixbahx ir-ragel li waqt trieqtu minn Gerusalemm ghal Geriko jahbtu ghalih il-hallelin u mhux biss izarmawh izda wkoll ihalluh nofs mejjet mal-gemb tat-triq lill-umanita. Gesu' li jaqa' taht is-salib ma hiex il-waqa' tal-Gesu' bniedem, bla sahha minhabba is-swat li kien qala'. Hemm aktar minn hekk f'din il-waqa'. Kif jghallem San Pawl fl-Ittra tieghu lil Filemon kap 2 versi 6-8, Gesu' tnezza' minn dak li kien t'Alla biex ha sura ta' qaddej. Huwa umilja ruhu u kien ubbidjenti sal-mewt anzi sal-mewt tas-Salib. Din il-waqa' ta' Kristu turina li hu haddan il-volonta' tieghu ma' ta' Missieru. L-ghaqda taghna mal-volonta' ta' Alla Missierna tehlisna mill-arroganza li ggaghalna mifhmu li kollox hu bil-hila taghna,li ma ghandniex bzonn imhabbtu, nafu naqdfu ghar-rasna. B'sentimenti bhal dawn ta' suppervja ahna niehdu mbuttatura ‘l isfel u negherqu. L-umilta' ta' Kristu hija s-soluzzjoni li ssalvana. Ninzghu mis-sens ta' auto sufficjenza, l-illuzjonijiet foloz ta' l-independenza u nitghallmu minn Dak lu ma raha xejn bi kbira biex joqghod ghat-tbatijiet tas-Salib. Insiru nixbhu lilu ghax Alla jhobb lil umili u jkecci minn quddiemu lis-suppervi.

TALBA

Mulej Gesu', it-toqol tas-salib tefghek wiccek ma' l-art. It-toqol ta'dnubieti u s-suppervja tieghi waqqghuk. Imma l-waqa' tieghek ma hiex tragedja jew dghufija bhal ma hi taghna meta l-arroganza taghna ggaghlna nahsbu li nistghu noholqu bnedmin u nibdluhom f'tip ta' merkanzija li jinxtraw jew jimbieghu jew nzommu partijiet minnhom ghal esperimentazzjoni. Mulej meta naghmlu hekk ahna nahsbu li nistghu nirbhu l-mewt bil-hila taghna. Inti biss Mulej irbaht u xejjint il-mewt. Mulej inzilna fil-baxx. Ghinna neqirdu s-suppervja u l-arroganza billi nitghallmu minnek biex b'hekk nergghu nqumu.

© Copyright il gimgha mqaddsa