4 STAZZJON:

MARIJA SSMA TILTAQA' MA' BINHA GESU'

[Lq:2:34] Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: "Ara, dan se jġib il-waqgħa ul-qawmien ta' ħafna f'Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh,[Lq:2:35] - u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! - biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta' ħafna. .[Lq:2:51] Mbagħad niżel magħhom u raġa' mar Nazaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha


MEDITAZZJONI

Fi trieqtu lejn il-Kalvarju, insibu wkoll lil Marija Ssma l-Omm tieghu. Matul il-hajja pubblika tieghu hija twarrbet fil-gemb biex taghmel spazju ghall-familja gdida ta' Gesu', il-familja tad-dixxipli tieghu. Hija kienet semghet lil Binha jghid: Min hi ommi u min huma huti.? Kull min jaghmel ir-rieda ta' Missieri, dan hu hija, ohti u ommi.(Matt 12 48:50). Issa nilhmuha bhal-omm tieghu li mieghu trid taqsam id-duluri tieghu. Dawk id-duluri kien diga habbarhomlha x-xwejjah Simewni meta qalilha li sejf tad-dulur se jinfdilha qalbha. Ftakret fil-kliem tal-profeti meta qalu: U Hu ma fetahx halqu u bhal nghaga mexa lejn min igissu. Issa dan kollu kien qed isehh. Imma hija zammet f'qalbha dak il-kliem ta' l-anglu Gabirjiel meta wissieha: Marija la tibzaghax. Id-dixxipli tieghu abbandunawh u telquh izda Marija hemm kienet vicin tieghu taqsam mieghu it-tbatijiet tieghu. Hemm akkumpanjatu b'kuragg , b'qalb ta' omm u b'fidi li ma naqsitx fis-siegha tal-prova u tad-dlamijiet. "Imbierek hu min jemmen." (Lk 1 : 45) U jkompli jghidilna San Luqa: "Madankollu meta jigi Bin il-bniedem ser isib fidi fuq l-art? (Lk 18.8) Iva f'dan il-mument Gesu' jaf: huwa ser isib fidi. Din is-siegha, ghalik tkun konsolazzjoni.

TALBA

Mqaddsa Marija, Omm il-Mulej, inti bqajt fidila meta l-appostli harbu u hallew wahdu lil Ibnek Gesu'. Inti kont temmem li f'din is-siegha tal-prova hemm kien mieghek il-Mulej biex isostnik fil-fidi halli ma' Kristu ttemm il-pjan tas-salvazzjoni. B'dan il-mod inti sirt omm dawk kollha li jemmnu, Omm mil-Knisja. Nitolbuk li tghallimna nemmnu bhal ma emmint inti u nnisslu fina kuragg biex toktor il-fidi taghna anke meta quddiema naraw id-dlamijiet.


© Copyright il gimgha mqaddsa