5 STAZZJON

XMUN MINN CIRENE JERFA' IS-SALIB TA' GESU'

[Mt:27:32] Huma u sejrin sabu raġel minn Ċireni, jismu Xmun, u ġagħluh jerfagħlu s-salib.[ [Mt:16:24] Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: "Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja.

MEDITAZZJONI Xmun minn Cirene sejjer lura lejn id-dar, jirritorna mix-xoghol meta hu jiltaqa' ma' din il-purcissjoni ta' l-ikkundannat. Forsi ghalih din kienet xena komuni. Is-suldati sfurzaw lil dan ir-ragel tal-kampanja biex igorr is-salib ta'Kristu fuq spallejh. Min jaf kemm hassu skomdu li jinqabad fid-destin ta' l-ikkundannat. Huwa jobdi izda kontra qalbu. Mhux kumbinazzjoni li l-evangelista San Mark, mhux biss isemmih b'ismu izda wkoll isemmi l-isem tat-tfal tieghu li evidentement kienu nsara u membri ta' dik il-kommunita (Mk 15:21). Minn din il-laqgha twieldet il-fidi. Ic-Cirinew, miexi ma' genb Gesu' u jaqsam mieghu it-toqol tas-Salib, gharaf li kienet il-grazzja ta'Alla li permezz taghha hu seta' jidholghal dak ix-xoghol li jghin lin-Nazzarenu. Il-misteru ta' Gesu', sieket u sofferenti misslu lil qalbu. Gesu' li l-imhabba divina tieghu biss tista ssalva lid-dinja, jridna naqsmu mieghu s-salib sabiex ahna nkunu nistghu nkomplu dak li jonqos fis-sofferenza tieghu. (Kol 1:24). Kull darba liahna nuru qalb tajba u hniena lejn il-batut, l-ippersegwitat, ma dak li ma jistax jiddefendi lilu niffsu, ahna nkunu qed ingorru l-istess salib ta' Kristu. B'dan il-mod ahna nkunu nistghu nirbhu is-salvazzjoni ta' ruhna u naghtu l-kontribut taghna lid-dinja.


TALBA

Mulej inti ftaht ghajnejn u l-qalb ta' xmun minn Cirene u tajtu li jaqsam mieghek is-salib, il-grazzja tal-fidi. Ghinna noffru l-ghajnuna taghna lil ghajrna fil-bzonn anke meta dan ikun ta' skomdu ghall-pjan taghna. Ghinna nifhmu li trid tkun il-grazzja tieghek biex naqsmu t-tbatijiet ta' haddiehor u b'dan il-mod naghrfu li ahna qed nimxu fit-triq mieghek. Ghinna napprezzaw bil-ferh li meta naqsmu t-tbatija mieghek u s-sofferenzi tad-dinja ahna nsiru qaddejja tal-fidwa u nistghu nghinu biex nibnu l-Knisja, opra qaddisa tieghek.

© Copyright il gimgha mqaddsa