6 STAZZJON -

 IL-VERONIKA TIXXOTTA WICC GESU' 

(Is:53:2) Bħal xitla kiber quddiemna, u bħal għerq minn art niexfa. Ebda sura ma kellu, u ebda ġmiel biex inħarsu lejh, jew xi sura biex nitgħaxxqu bih.(Is:53:3) Kien imżeblaħ u mwarrab mill-bnedmin, bniedem li bata u kien jaf x'inhu l-mard, bħal wieħed li n-nies jaħbu wiċċhom minnu, bniedem imżeblaħ, u aħna xejn ma qisnieh  (S:27:8) "Ejja?" għedt f'qalbi,"fittex 'il wiċċ?"; jien wiċċek infittex, Mulej.  (S:27:9) La taħbix wiċċek minni, la twarrabx bl-herra l-qaddej tiegħek. Inti l-għajnuna tiegħi; tħallinix u titlaqnix, Alla tas-salvazzjoni tiegħi. 


MEDITAZZJONI  "Wiccek Mulej infittex. La tahbix wiccek minni Mulej" (Salmi 27: 8-9) Il-Veronika tigbor fiha ix-xewqa herqana tan-nies devoti ta' l-Antik Testment u ta' dawk kollha li jemmnu li jaraw Wicc Alla. Minn barra ma jidher li ghamlet xejn specjali hlief li offriet maktur lil Gesu, att ta' hniena mqanqal minn qalb ta' mara. Ma hallietx lilha nffisha tkun imbezza mill-brutalita' tas-suldati bhal ma kienu mbezza' l-appostli. Ghandha x-xbiha ta' dik il-mara tajba li qalb it-taqlib u l-inkwiet turi kuragg kbir ma ma thallix lil qalba tkun imhawda. Imberkin dawk ta' qalbhom safja ghax huma jaraw lil Alla, qal Kristu fuq l-gholja tal-Beatudnijiet. Ghall-bidu l-Veronika ma ratx hlief wicc mimli ugiegh. Madankollu l-att ta' hniena taghha halla impronta tax-xbiha vera ta' Gesu' fil-qalb taghha. Fuq il-wicc uman imdemmi u migruh hija rat wicc Alla u t-tjubija tieghu, li jaghmlulna kumpanija waqt l-akbar dwejjaq taghna. B'qalbna biss nistghu naraw lil Gesu. L-Imhabba biss tista' tippurifikana u taghtina l-hila li naraw. L-imhabba biss tista tghinna nagharfu lil Alla li hu Imhabba. 

TALBA

  Mulej nissel fina qlub li ma jghejjew qatt ifittxu lil Wiccek. Aghmel li qalbna ma tfittetx il-qoxra tal-hwejjeg izda bil-purita' u s-semplicita nxandru l-presenza tieghek ma' kullimkien. Halli x-xbiha ta' wiccek fi qlubna halli niltaqghu mieghek fit-triq taghna ghal ghandek u nuruk lid-dinja permezz ta' hajja tajba. Amen. 

© Copyright il gimgha mqaddsa