7 STAZZJON -

GESU' JAQA' GHAT-TIENI DARBA TAHT IS-SALIB 

[Lam:3:1] Jiena l-bniedem li ġarrabt l-hemm taħt ħatar qilltu.[Lam:3:2] Lili sâqni u mexxieni, fid-dlam bla ebda dawl.  .[Lam:3:9] Mbarrali t-triq b'ġebel minġur, għawwiġli mogħdijieti.  .[Lam:3:16] Taħanli biż-żrar snieni, u ġagħalni nitmiegħek fit-trab 

MEDITAZZJONI  It-tradizzjoni li Gesu' waqa' tlett darbiet taht it-toqol tas-Salib igib fil-memorja l-waqa' ta' Adam u l-misterju ta' Gesu' li qasam maghna din il-waqa' taghna. Matul l-istorja l-waqa' tal-bniedem tiehu bosta forom. Fl-ewwel ittra, San Gwann jitkellem minn tlett waqat: il-konkupixxenza tal-gisem, il-konkupixxenza ta' l-ghajnejn u s-suppervja. Huwa jinterpreta il-waqa' tal-bniedem u l-umanita' fi sfond tal-vizzju ta' zmienu bl-ecessi u prevezzjonijiet eccessivi. Fi zminijietna il-fidi nisranija battiet u naqset ghaliex hafna hafna nsara abbandunaw lill-Mulej. L-ideat mundani u atei ghamlu mill-bniedem, persuna indipendenti li ma jimpurtahx mill-Mulej Alla. U minhabba f'hekk gie mdawwar minn hajja pagana. U b'hekk il-bniedem waqa' fit trab. Il-Mulej jerfa' dan it-toqol u jmissilna lil qlubna: Hu jaqa' biex ahna nqumu. 

TALBA 

Mulej Gesu' Kristu int iggor it-toqol taghna. It-toqol taghna kien il-kagun li inti waqajt. Erfana ghax bil-hila taghna ma nistghux nqunu mit-trab. Ehlisna mill-irbit tal-konkupixxenza. Tina qalb tal-laham flok dik tal-gebel qalb li taghraf il-gratitudni tieghek. Warrab minna kull xorta ta' paganezimu u aghmel li dejjem nkunu attenti kontra kull forza tal-hazen. Ghinna naghrfu l-bzonnijiet spiritwali u materjali ta' l-ohrajn u nghinuhom f'dak li jkollhom htiega. Tina t-tama fil-mument tad-dlamijiet sabiex nkunu dawl ghal ta' madwarna. 

© Copyright il gimgha mqaddsa