8 STAZZJON -
GESU' JILTAQA' MAN-NISA TA' GERUSALEMM
[Lq:23:27] Kotra kbira ta' nies kienet miexja warajh; fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom u jibkuh.[Lq:23:28] Imma Ġesù dar lejhom u qalilhom: "Nisa ta' Ġerusalemm, mhux lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom.[Lq:23:29] Għax, araw, għad jiġi żmien meta jgħidu, 'Hienja dik li ma għandhiex tfal, hieni l-ġuf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma redda'![Lq:23:30] Mbagħad jibdew jgħidu lill-muntanji, 'Aqgħu fuqna!', u lill-għoljiet, 'Ordmuna!'[Lq:23:31] Għax jekk dan kollu qegħdin jagħmluh liz-zokk meta għadu aħdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?"
MEDITAZZJONI Xi nisa twajba minn Gerusalemm semghu bil-kundanna ta' Gesu' u nxew warajh u bkewh. Dan l-att ta' moghdrija jgeghlna nirriflettu. Kif nistghu naghtu tifsira lil kliemu? Kliemu forsi mhux dirett lejn att ta' hniena sentimentali, wiehed li ma jersaqx lejn il-konverzjoni u fidi hajja? Ma jiswa xejn li tokrob dwar it-tbatijiet tad-dinja u inti tghix qisu ma' qed jigri xejn. U allura l-Mulej Gesu' jwiddibna dwar il-periklu li ninsabu fih ahna. Jurina kemm is-serjeta' tad-dnub kif ukoll is-serjeta tal-gudizzju. Jista jkun li minkejja l-preokkupazzjoni taghna dwar id-dnub u l-hazen u t-tbatijiet ta' dawk innocenti, ahna ilkoll ippreparati biex inqisu dan il-velu ta' hazen qisu xi haga zghira ta' bla ebda mportanza? Accetajna l-imhabba t'Alla u bil-mod il-mod warrabna l-gudizzju fil-gemb? "Kif jista' Alla jaghti kaz tad-dghufija taghna?," nistaqsu lilna nfusna, "Ahna bnedmin" Madanakollu waqt li nahsbu fuq it-tbatijiet ta' Ibnu ahna nindunaw kemm id-dnub hu haga ta' min jistkerraha u kemm fl-istess waqt hu haga serja. Kemm hemm bzonn li npattu ghalih. Quddiem ix-xbiha tal-Mulej li qed ibati, il-hazen ma jistax ikun meqjus bhala xi haga zghira jew mhux ta' min jaghti kasha. Lilna qed jghidilna wkoll : " Tikbux lili izda likom... jekk jaghmlu dan li zokk lli hu ahdar, ser jigri meta jinxef?".
TALBA
Mulej inti li kellimt lin-nisa ta' Gerusalemm li kbewk fit triqtek lejn il-Kalvarju fuq l-indiema u l-jum tal-Gudizzju fejn ahna lkoll ghad jum wiehed nidhru biex niehdu dak li haqqna, ghinna biex nwarrbu kull hsieb ta' dnub ghax dan ibieghdna minnek. Dawlilna mohhna biex nifhmu ir-responsabilta' taghna li nidhru quddiemek ippreparati, bid-dawl mixghul f'idejna biex niksbu l-frott li ksibitlna bit-tbatija tieghek.
© Copyright il gimgha mqaddsa