9 STAZZJON -

GESU' JAQA' GHAT-TIELET DARBA TAHT IS-SALIB

 Lam:3:27] tajjeb għall-bniedem li jerfa' l-madmad sa minn żgħożitu,[Lam:3:28] li joqgħod waħdu u sieket, meta jgħabbihulu l-Mulej;[Lam:3:29] li qiegħed ħalqu fit-trab, għandu mnejn jifdal xi tama;[Lam:3:30] li jagħti ħaddejh lil min isawwtu, li jimtela biż-żebliħ.[Lam:3:31] Għax ma jarmix għal dejjem, lill-bniedem il-Mulej.[Lam:3:32] Għaliex jekk hu jgħakkes iħenn skond il-kotra ta' tjubitu.

 

MEDITAZZJONI

X'messagg ghandha ghalina it-tielet waqa' ta' Kristu? Ahna kkunsidrajna il-waqa' tal-bniedem in gnerali, kemm hafna nsara tbieghdu minn Kristu biex sabu l-kenn taghhom f'dinja bla Alla. Issa jmiss nahsbu kemm Kristu ghadu jbati fil-Knisja tieghu? Kemm hu abbuzat l-Imqaddwes Sagrament, kemm-il darba jkollu jidhol fi qlub vojta u minlija hazen? Kemm-il darba nersqu lejn it-tqarbin minghajr ma nirrealizzaw li Huwa hemm? Kemm-il darba ninterpretaw l-kelma tieghu kif jaqbel lilna? Kemm hemm imbarazz fil-knisja tieghu li ahna rridu nikinsu biex ahna veament nirriflettu Lilu?

Kemm rispett nuru lis-sagrament tal-Qrar fejn hu jkun jistenniena biex mill-gdid jaghtina l-hajja li ahna nkunu tlifna bid-dnub? Dan kollu hu prezenti fil-passjoni tieghu. Ic-cahda mid-dixxipli tieghu. Min dawk li suppost jimxu warajh ghax hekk weghduh, in-nuqqas ta' devozzjoni lejn is-Sagrament ta' l-Ewkaristija hija certament tbatija kbira li ghaddha minna s-Salvatur taghna; din l-imgieba taghna tinfidlu qalbu. Nistghu biss nghidulu: Mulej hniena - Mulej salvana.

TALBA

Mulej il-knisja tieghek tidher qisha dghajsa ser teghreq, minn kulimkien diehel l-ilma. Fil-ghalqa tieghek qed naraw aktar sikrana milli qamh. Kollox jidher qed ihawwadna. Madankollu il-kawza ta' dan hija ahna. Ahna li chadnik. Ikollok hniena mill-knisja tieghek. Kemm jiehu gost Satana meta jara li dan kollu. Jifrah ghax jahseb li ser jirbahlek. Izda le, inti qomt mill-mewt biex igib rebha fuq id-dnub. Salva u qaddes il-knisja tieghek.


© Copyright il gimgha mqaddsa